l-Ispecial Olympics Europe u Eurasia Leadership Conference f’pajjizna

Monday, November 24, 2014, 9:27

Dan tmiem il-gimgha special Olympics Malta qed torganizza l-Ispecial Olympics Europe and Eurasia Leadership Conference f’pajjizna. It-tema tal-konferenza ta’ jumejn kienet ‘Bigger, Faster, Stronger’ u ghal din l-attivita’ kien hawn f’Malta madwar 200 delegat minn 48 programm fl-Ewropa u l-Azja Centrali, fosthom id-direttur ta’ Special Olympics Europe Mary Davies u d-direttur Sportiv u finanzjarji Marius Dementko.

Il-konferenza fethet b’diskors tac-Chairperson ta’ Special Olympics Malta s-Sinjura Michelle Muscat, flimkien ma’ diskorsi tas-Segretarji Parlamentari Chris Agius u Justyne Caruana. Attendew wkoll fost l-ohrajn il-Ministru Michael Farrugia u c-Chairman tal-KMS luciano Busuttil.

Waqt il-jumejn ta’ workshops u diskussjoni t-tema centrali kienet kif Special Olympics tista tkun maghrufa aktar, ikollha aktar fondi, u tkun aktar ta’ success f’opportunitajirt sportivi ahjar ghall-persuni b’dizabiltajiet intelletwali.

Din kienet wkoll pjattaforma tajba ghalina l-Maltin, hekk kif Special Olympics Malta,bl-ghajnuna ta’ bosta entitajiet anke governattivi bhall-KMS, tinsab haddejja bi preparamenti avvanzati sabiex titfa bid biex tospita l-loghob tal-Ewropa ta’ Special Olympics.





Leave a comment