L-Isla għall-21 darba

Thursday, September 9, 2010, 11:06

minn Sandro Micallef

Qaddiefa u uffiċjali tal-Isla jiċċelebraw wara l-preżentazzjoni tax-Shield (Rirtatt Warren Spiteri)

Qaddiefa u uffiċjali tal-Isla jiċċelebraw wara l-preżentazzjoni tax-Shield (Rirtatt Warren Spiteri)

Il-Club tal-Isla rebaħ ix-Shield tar-Regatta ta’ Jum il-Vitorja ta’ din is-sena f’edizzjoni emozzjonanti li ħalliet lill-kulħadd anzjuż sal-aħħar tiġrija. Filfatt kienet it-tiġrija numru 10 Dgħajjes B tal-Pass b’Erba’ mqadef li ddeterminat ir-rebbieħ tax-Shield fil-kategorija Open.

L-Isla li bdew bħala favoriti għaliex żammew prattikament l-istess ekwipaġġ tas-sena l-oħra iżda kellhom battalja kiefra mal-eterni rivali sportivi tagħhomfir-Regatta Bormla hekk kif dawn tal-aħħar rebħu ż-żewġ tiġrijiet li fuq il-karta kienu favoriti l-iktar li jirbħhom is-Sengleani. Dawn kienu it-Tiġrija tal-Midalji fejn Bormla daħlu l-ewwel u ħadu l-ewwel 20 punt tar-Regatta u daħlu l-ewwel ukoll kontra kull mistenni fil-Kajjik u għaddew lill-Kajjik tal-Isla b’ċentimetri biss b’tiġrija li rat dawn iż-żewġ Kajjikki jissieltu pruwa ma pruwa tul l-1040 metru tal-korsa. Dan kien diżappunt kbir għall-koppja Donald Gilford u Gilmor Zammit li kien ilhom jirbħu din it-tiġrija għal disa’ tiġrijiet konsekuttivi.  Il-koppja Bormliża li rnexxiela tirbaħ lill-Isla fil-kajjiek kienu l-qaddiefa Charlton Abela u Maximilion Mamo.

Ta’ min isemmi wkoll li Marsamxett kellhom l-unur wkoll li jirbħu tigrija f’din ir-Regatta billi rebħu t-Tiġrija ta’bi Tnejn meta daħlu l-ewwel għalihom Denis Thorton u Martin Mifsud u qatgħu lil-Bormla u lill-Isla rispettivament. Din it-tiġrija kienet l-unika waħda li l-beltin irregistraw punti fiha.

Iċ-ċelebrazzjoni tal-Kalkara bix-Shield tal-Kategorija B - (Rirtatt Warren Spiteri)

Iċ-ċelebrazzjoni tal-Kalkara bix-Shield tal-Kategorija B - (Rirtatt Warren Spiteri)

Fil-Kategorija B il-Kalkara rebħu x-Shield meta xejnu it-tentattivi tal-Birgu b’dawn tal-aħħar ikunu involuti f’inċident proprju fl-ewwel Tiġrija meta daħlet ġo fihom id-dgħajsa ta’bi Tnejn il-Marsa. Hawn il-Birgu ma komplewx it-Tigrija u l-Marsa ġew skwalifikati. Il-Birgu sfaw demoralizzati iktar u iktar wara li sar magħruf li ma tteħdux passi dixxiplinari kontra ż-żewġ qaddiefa tal-Marsa hekk kif hu stabbilit fir-Regolamenti.

Din kienet it-tieni edizzjoni tar-Regatta Nazzjonali li ġiet organizzata mill-Kunsill Malti għall-iSport.

Riżultati tal-Open

Tal-Midalji:

L-ewwel Isla, it-Tieni Isla,it-Tielet Marsa

Frejgatini:

L-ewwel Isla, it-Tieni Marsa, it-Tielet Bormla

C Tal-Pass b’Żewgt Imqadef:

L-ewwel Marsamxett, it-Tieni Bormla, it-Tielet Isla

Kajjikki:

L-ewwel Borma,it-Tieni Isla, it-Tielet Marsa

B Tal-Pass b’Erbat Imqadef:

L-ewwel Isla, it-Tieni Marsa, it-Tielet Bormla

Riżultati Kategorija B

 Tal-Midalji:

L-ewwel Birgu, it-Tieni Kalkara,it-Tielet Bormla

Frejgatini:

L-ewwel Birgu, it-Tieni Kalkara, it-Tielet Isla

C Tal-Pass b’Żewgt Imqadef:

L-ewwel Kalkara, it-Tieni Isla, it-Tielet Bormla

Kajjikki:

L-ewwel Kalkara,it-Tieni Isla, it-Tielet Birgu

B Tal-Pass b’Erbat Imqadef:

L-ewwel Kalkara, it-Tieni Birgu, it-Tielet Marsa

Related articles:

http://www.sportinmalta.com/boats-used-in-regatta/

http://www.sportinmalta.com/aktar-ghajnuna-u-assistenza-finanzjarja-mill-kms-lir-regatta-nazzjonali/

http://www.sportinmalta.com/george-brydon-passes-away/

http://www.sportinmalta.com/regatta-fans-still-upset-after-u18-event-cancellation/





1 Comment

  1. C.Portelli says:

    Regatta ecitanti u tmiem drammatiku. Konna ilna ftit ma naraw regatta missileta daqshekk sa l-ahhar tigrija.

    [Reply]

Leave a comment