L-Iskandlu tax-xiri taż-żejt u l-Football

Thursday, March 14, 2013, 14:43

Ili ftit ma nitekb artiklu fuq dan is-sit imma wasal iż-żmien li nerġgħu inħarbxu erba linji dwar is-suġġett jaħraq ricenti  tax-xiri taż-żejt u l-intriċi tal-commissions.

Sfortunatament issemmew żewġ ismijiet f’dan l-iskandlu li spiċċa ballun politiku żewġ persuni li huma assoċjati mal-Football Joe Cordina ex President tal-GFA u Anthony Cassar President attwali tat-team ta’ Tarxien Rainbows.

Mingħajr ma nidħol fil-mertu tal-każ u min għandu raġun jekk hux il-PN jew il-PL żgur li nifhem li dan kien hu sa certu punt għadu mumenmt diffiċli fil-ħajja ta’ Cordina u anke Cassar. Il-Messaġġ ewlieni li xtaqt inwassal permezz ta’ dan l-artiklu hu li sabiex HADD ma jipponta subgħajh lejn ħadd u ħadd m’għandu jasal għall-konklużjonijiet qabel ma jintemm il-proċess kollu ta’ investigazzjoni. Fortunatament ninsabu f’pajjiż demokratiku fejn il-proċess ġudizzjarju hu għola minn kul aspett ieħor.

Lil Joe Cordina ilni nafu snin twal, pratikament min mindu leħaq President tal-GFA wara li ħa t-tmun min id Chris Said ex Ministru. Wara biss ftit xhur bħala Presidnet tal-GFA kont introduċejt ruħi u kellimtu u awgurajtlu fit-tmexxija ta’ din l-assoċjazzjoni. Ħallejtu jsib saqajħ u wara bdejna bil-mod il-mod naħdmu sabiex inżiedu ftit tal-image lill-GFA u lit-teamijiet Għawdxin. Ovvjament Cordina kien mgħejjun min diversi nies imma djjem għaraf imexxi b’integrita. Investa bil-għaqal fi programm tat-Televiżjoni u ta dimensjoni oħra s-serata annwali tal-premjazzjoni tal-unuri. Ġab sponsors ġodda u sa fejn naf jien il-finanzi tal-assoċjazzjoni dejjem kienu approvati mill-kunsill u mill-AGM tal-assoċjazzjoni.

Kint naf ukoll lil Joe fil-professjoni tiegħu bħala accountant u konsulent finanzjarju u kont naf li jaħdem ukoll politikament mal-Labour Party fix-Xgħara fil-kunsill lokali.

Eventwalment mal-ħatra ta’ Joseph Muscat bħala leader tal-PL, ma ħaddietx sorpriża li kien inħatar responsabbli mill-finanzi tal-partita laburista, iktar hadtha bi kbira dik il-ġurnata li kien informa lill-kunsill tal-GFA li ma kienx se jerġa jikkontesta għall-Presidenza tal-GFA.

Kont ixxukjat bħal ħafna li isem Joe isemma jew ġie implikat f’dan l-iskandlu taz-zejt qabel l-elezzjoni għalkemm min qara u jinteressa ruħu fix-xena tal-politika lokali jaf li l-involviment tiegħu ma’ George Farrugia kien fuq bażi totalment kummerċjali u ta’ konsulenza. Filfatt ħareġ lu hu qatt ma set’a jaff bl-irregolaritajiet …. Nistennew u naraw x’se joħroġ iktar li hu żgur li Joe ma ħariġx għall-elezzjoni u dan bir-rizultat li ma setax jitla fil-Parlament u issa ma jistax jaħdem għalll-isportivi Għawdxin fost affarijiet oħra li seta kellu f’moħħu li jaħdem fuqhom.

Tony Cassar jiżeffen ukoll

Il-President attwali ta Tarxien Rainbows huwa wkoll implikat fl-iskandlu ta xiri taz-zejt tal-Enemalta. Il-Kaz ta’ Cassar u differneti minn dak ta’ Frank Sammut u Tancred Tabone. Filfatt anke l-akkuza tal-pulizija fil-konfront ta’ Cassar kient differenti. Cassar gie akkuzat bi “Trdaing with Influence” u allura hażin kemm hu ħażin li għamel (jekk jinstab ħati) wieħed ma jridx jassoċja lil Cassar bhal xi persuna negattiva jew malinja.

Ili naf lil Tony Cassar ftit, forsi erba’ ħames snin l-iktar. Persuna eċċċezzjonali, ta’ integrista u li ta’ qalbu apparti ħafna flus lill Tarxien Rainbows.  Li għamel hu jafu u ħadd m”għandu jasal għall-konkluzjonijiet bazwija. Li hu zgur hu li għal dawk li ħasbu li l-players ma kienux se jilgħabu iktar għax ma kienux se jitħallsu minħabba li s-Sur Cassar għandu l-assi frizati kellhom zball kbir għalie xmhux talli ma lagħbux izda rebhu din il-ġimgħa lill-Valletta. Risposta li min ried id-deni lit-Tarxinizi.

George Farrugia li ħa l-proklama u kixef dwar l-iskandlu taz-zejt





Leave a comment