L-ipparkjar ħdejn il-Pixxina Nazzjonali

Wednesday, October 23, 2013, 9:54

Stqarrija għall-Istampa mill-Kunsill Malti għall-Isport dwar il-Pixxina Nazzjonali

 

Il-problema tal-imblukkar tal-aċċess tal-Pixxina Nazzjonali u ipparkjar mingħajr ebda sistema ila s-snin teżisti mingħajr ma ġiet indirizzata. Din is-sitwazzjoni setgħet twassal biex ma jkunx hemm aċċess għall-vetturi ta’ emerġenza f’każ ta’ xi inċident.

Biex tiġi indirizzata din il-problema qed isiru xogħlijiet biex jiżdied in-numru ta’ parkeġġi u se jkun hemm sistema aħjar tal-imaniġġjar tat-traffiku.

Ix-xogħol se jkun lest fi żmien jumejn oħra.

Il-Kunsill Malti għall-Isport qed tikkonferma li kuntrarju għal dak li qed jingħad, il-parking tal-Pixxina Nazzjonali se jkun minajr ħlas.





Leave a comment