L-Invit lil Dave Millar għadu miftuħ – Mark Cutajar
Monday, May 30, 2011, 18:56Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa
Minn Sandro Micallef li qed jirraporta minn Vaduz Liechtenstein uffiċjalment għall-Melita Sports.
F’konferenza Stampa għall Media lokali organizzata illejla ġie żvelat li għad hemm possibilita’ remota lil ċ-Ċiklista Brittaniku Dave (David) Millar jipparteċipa u jirrapreżenta lil Malta fil-Logħob tal-pajjiżi ż-Żgħar hekk kif il-kuntatti miegħu għadhom għaddejja. Dan qalu Mark Cutajar Chef de Mission li qal: “Millar għad hemm ċans li jiġi hawn u jieħu sehem”.
Fil-pront hekk kif Cutajar kien qed jagħti l-verżjoni tiegħu tas-sitwazzjoni ta’ Millar l-Imħallef Farrugia Sacco waqqfu milli jagħti iktar dettalji anke sabiex ma tingħatax wisq importanza din li tista’ titqies bħala problema mhux mistennija. Dan għaliex Millar kien ta’ kelma lill-Cutajar innifsu u lill-KOM li kien kollox sew u kien lest li jieħu sehem fit-Time Trial l-ispeċjalita’ tiegħu. Filfatt Millar il-bieraħ rebaħ l-aħħar tappa tal-Giro D’Italia f’Milan u kien ferħan ħafna li għamel dan minkejja li seta’ kien sfurzat jibqa’ sal-aħħar tappa u ma jirtirax xi jiem qabel kif ċiklisti bħalu speċjalisti fit-Time Trials jagħmlu s-soltu.
Millar li jikkompeti ma’ Team Garvin Cervelo għandu problema oħra li hi personali. Filfatt il-mara tiegħu tinsab fi stadju avvanzat ta’ gravidanza u allura l-istess Millar jinsab imħasseb jekk jaqbadx l-ajruplan fi triqtu lejn Liechtenstein jew le.
Fil-konferenza stampa tkellmu wkoll Clyde Puli Segretarju Parlamentari responsabbli miż-Żgħażagħ u l-Isport u Bernard Vassallo Chairman tal-Kunsill Malti għall-Isport li t-tnejn li huma awguraw lill-atleti Maltin fil-kompetizzjonijiet rispettivi din il-ġimgħa.
Puli semma li matul il-laqgħa tal-Ministri tal-Isport tal-pajjiżi parteċipanti hu ressaq proposta sabiex logħob simili isir għaż-Żgħażagħ wara li jintemm il-logħob uffiċjali. Hu qal ukoll li tkellem mal-Ministri kollegi tiegħu dwar il-kwistjoni tal-atleti barranin f’dan il-logħob. Kien hemm qbil ukoll bejn il-pajjiżi li jibda t-tietelt ċiklu ta’ dan il-logħob.
Meta mistoqsi dwar il-problema tal-barranin il-President tal-KOM qal li skond hu in-numru ta’ barranin għandu jkun limitat biss għall-10% tal-kontinġenti parteċipanti.
Ara l-filmati tal-Konferenza Stampa:

gravidanza = tqala bil-Malti !!!
[Reply]
iva lanqas bicca riklam fuq wara?
[Reply]