L-imħabba għat-tim nazzjonali Malti twassal biex…

Wednesday, July 27, 2011, 14:59

minn Cristian Muscat

Kemm-il darba nisimgħu l-kelma “mużew” assoċjata mal-istorja jew mal-ambjent naturali izda jeżistu nies anki f’ pajjiżna li għandhom mużew iddedikat għall-isport li tant iħobbu – il-futbol u speċjalment it-tim nazzjonali Malti. Fil-Laqgha Ġenerali Annwali tal-MFA li saret is-Sibt li għadda il-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo ħabbar li fiż-żmien qarib hemm ippjanat li jinbena mużew tal-futbol Malti li jkun aċċessibbli kemm għall-istudenti tal-iskejjel kif ukoll għat-turisti li jżuru Malta ta’ kull sena.

Iżda f’ Malta teżisti persuna li diga’ għandha muzew iddedikat lejn il-futbol Malti fir-residenza tagħha ġewwa n-Naxxar. Dan il-persuna huwa Kenneth John Formosa. Tliet ikmamar jiffurmaw dan il-mużew żgħir iddedikat lill-istorja tat-tim nazzjonali Malti.

L-ewwel logħba uffiċjali tat-tim nazzjonali Malti intlaghbet fl-1957 iżda qabel din il-loghba hafna loghbiet ohra intlaghbu bl-isem ta’ “Pick Malta” jew “Malta XI” jew ” MFA XI” fis-snin meta t-turnaments tal-Milied kienu ferm mistennija b’eluf ta’ partitarji jippakkjaw l-istadium biex jaraw lill-plejers bil-flokk tat-tim nazzjonali jilgħabu kontra qawwiet barranin jew kontra timijiet tas-servizzi Brittaniċi stazzjonati f’pajjiżna jew timijiet iffurmati minn vapuri tan-navy li jkunu qed iżuru Malta.

F’dan il-mużew insibu wkoll flokkijiet li jirrapreżentaw l-1957 u s-snin ta’ wara meta t-tim nazzjonali Malti ġie uffiċjalment affiljat mal-FIFA u l-UEFA. Flokkijiet minn logħbiet memorabbli u oħrajn inqas memorabbli iżda li fihom mudelli diversi  li ntlibbsu mil-plejers Maltin jinsabu lkoll taħt saqaf wieħed f’dan il-mużew.

Din hija kollezzjni ferm dinamika li tonora lill-plejers Maltin ta’ kull żmien li matul is-snin kellhom l-unur li jilbsu l-flokk tat-tim nazzjonali hekk kif wiehed jesplora din il-memorabilja unika li tinkludi fost oħrajn flokkijiet, żraben, shorts, kalzetti, tracksuits, ingwanti tal-goalkeepers, midalji, souvenirs uffiċjali u ħafna iktar.

F’dan il-mużew hemm ukoll sezzjoni riservata għall-flokkijiet li tpartu minn plejers barranin ma’ plejers Maltin wara l-logħbiet partikolari kif ukoll xi emorabilja relatata ma’ klabbs Maltin meta kienu nvoluti f’impenji interazzjonali kontra oppożizzjoni barranija.

     





2 Comments

  1. Supporter Belti says:

    Ta’ min jammirah lill dan it-tali. Min jaf kemm hawn ohrajn li ghandhom tifkiriet bhal ritratti, artikli u taghrif iehor.

    [Reply]

    Jackie Aquilina Reply:

    Min irid jara il-kollezjoni fil kumdita` tad-dar tieghu, ta min jidhol fis-sit elettroniku http://www.maltafootballcollection.com

    [Reply]

Leave a comment