L-iktar players leali lejn il-club

Monday, August 12, 2013, 9:07

F`lista li hareg website taljan calciomercato.it irrizulta li l-explayer u captain ta` Valletta Gilbert Aguis baqa leali ghall-club ta` Valletta ghal 19-il sena u xahar. F`din il-lista mondjali Aguis huwa l-uniku player Malti u jinsab fid-9 post minn 20. Dan mhux biss unur ghall- club ta` Valletta u ghall- Aguis personalment, izda ukoll ghall-football ingenerali.

Qed nghixu f`dinja tal-football li saret kummercjali wisq u ftit fadal players li vera jilghabu ghall-flokk u ghall-imhabba lejn il-club. Nispera li jkun hawn iktar players Maltin li jimxu fuq l-ezempju ta`Gilbert,avolja mhix facli, il-flus huma hafna izda mhux kollox. Prosit Gilbert!!





Leave a comment