L-GħĠS issellem lil Colin Cauchi

Saturday, April 14, 2012, 13:21

 .

Il-President, u Kumitat Ezekuttiv tal-Ghaqda Gurnalisti Sports jghatu l-kondoljanzi lil familja Cauchi wara li thabbret il-mewt ta’ COLIN CAUCHI : Xandar sportiv ma’ Redifusion ,Radio Malta, Xandir Malta,  u Super One Radio .

Fl-1977-78 kien elett fl-Ezekuttiv tal-Ghaqda Kittieba Sports u bejn l-1979-80 u l-1987-88 kien wkoll Vici President tal-istess Ghaqda.

F’karriera fl-isport ghal aktar minn hamsin sena kien wkoll ex-Segretarju tal-Bord Nazzjonali ta’ li Sports. Ghal bosta snin bejn l-1981 u l-1989 kien Chairman tal-Ghazliet Sportivi Nazzjonali .

Kien ex-Segretarju tal-Federazzjoni Maltija tal-Football , u ghal xi zmien fil-bidu tas-snin 80 kien responsabbli mill-Istadium Nazzjonali

Kien mill-bidu net meta twaqqfet il-Federazzjoni Klabbs tal-Bocci u wara sena gie elett President fejn dam ghal 22 sena. Strumentali biex dahhal lill Malta fil-qasam internazzjonali bhala membru tal- Federazione Boccistica Internazionale  u hadem hafna biex twaqqfet il-Federazzjoni tal-Bocci Ewropeja .

Fl-2009 iddahhal fil-Hall of Fame tal-Kumitat Olimpiku Malti.

 





Leave a comment