L-GħĠS f’laqgħat mal-Federazzjoni tat-Triathlon u mar-Rugby Football Union

Thursday, October 26, 2017, 9:35

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports kompla jiltaqa’ ma’ aktar assoċjazzjonijiet bil-għan li tisaħħaħ ir-relazzjoni bejn il-media tal-isport u l-amministraturi tal-federazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet sportivi lokali.

Fl-aħħar ġranet l-Għaqda Ġurnalisti Sports kellha laqgħat uffiċjali mal-Federazzjoni Maltija tat-Triathlon kif ukoll mal-Malta Rugby Football Union (MFRU).

Il-Federazzjoni tat-Triathlon kienet rapreżentata mill-President Cyprian Dalli u mill-Viċi President Oswald Spiteri, filwaqt li l-uffiċjali tal-MRFU preżenti għal laqgħa separata mal-GħĠS kienu l-President Steve Busuttil u George Zammit Montebello li hu l-uffiċjal tal-MRFU responsabbli mill-media.

Dawn il-laqgħat qed isiru fuq inizjattiva tal-President il-ġdid tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Sandro Micallef bħala parti mill-ħidma tiegħu bl-iskop li titjieb mhux biss il-kummunikazzjoni bejn iż-żewġ partijiet iżda sabiex jisaħħu r-relazzjonijiet eżistenti ma’ kemm jista’ jkun numru wiesa’ ta’ amministraturi ta’ dixxiplini sportivi.





Leave a comment