L-Għażliet tas-Sena 2011 ta’ Malta tat-tlielaq tal-karozzi

Sunday, January 8, 2012, 16:55

Jean Sammut ta’ 8 snin juri t-triq

In-nomina ta’ Jean Sammut ta’ 8 snin ghall-unur tas-Sewwieq Zaghzugh tas-Sena 2011 tat-Tlielaq tal-Karozzi, miftuha ghaz-zaghzagh minn 16 il-sena ‘l isfel, fethet berah il-limitazzjonijiet li ghandna Malta fejn jidhlu t-tlielaq tal-karozzi. Wiehed jista’ jara din in-nomina fuq is-sit tal-Facebook “Malta & Auto Racing”.

Jean joqghod l-Ingilterra mal-genituri Maltin tieghu u diga kiseb esperjenza u success fuq cirkuwiti tal-karting li l-maggoranza tas-sewwieqa Maltin ma kellhomx l-oppurtunita’ li jsuqu fuq ohrajn bhalhom. Fl-eta tenera ta’ 8 snin, Jean diga ghandu website fuq ismu, xi haga li l-maggoranza tas-sewwieqa taghna ghad l-anqas ghandhom. Is-successi sbieh li kiseb Jean is-sena li ghaddiet wiehed jista’ jarahom fuq is-sit tieghu stess.

http://www.jeansammut.com/

In-nomina ta’ Jean gholliet ‘l fuq hafna il-livell tas-sewwieqa f’din il-kateogorija, jigifieri zaghzagh ta’16 il-sena u ta’ taht is-16 il-sena. Din il-kategorija kellha l-hsieb li tgharaf lis-sewwieqa zaghzagh  li qed jiehdu sehem fil-program SkolaSport tal-Kunsill Malti ghall-iSport (KMS) fid-dixxiplina tal-karting – l-ewwel targa fit-tlielaq tal-karozzi. B’xorti hazina ghadd ta’ sewwieqa zaghzagh li kienu jippromettu hafna qatghu qalbhom ghaliex hawn Malta ghad ma ghandniex facilitajiet ghat-tlielaq tal-karozzi bhal ma hemm barra.

Sewwieq tas-Sena

Alan Curmi gie nominat ghall-unur tas-Sewwieq tas-Sena tat-Tlielaq tal-Karozzi ghas-sena li ghadha kif spiccat. Alan huwa wiehed minn dawk is-sewwieqa Maltin li kiseb success kemm Malta kif ukoll Sqallija, kemm fil-klassi tieghu u xi drabi fil-klassifika assoluta. Hawn Malta fil-klassi tal-karozzi tat-tlielaq Formula b’cilindrata ta’ taht l-1,600 centimetri kubi, Alan kiseb success impressjonanti u darbtejn spicca ahjar minn karozzi aktar b’sahhithom minn tieghu.  Fi Sqallija, Alan rebah il-klassi tieghu 6 darbiet, jigiefieri f’kull tellieqa li ha sehem fiha.

Ghall-Karozza tas-Sena, sa issa, dahlet in-nomina tal-karozza Mini Doda ta’ David Anastasi. Fuq din il-karozza sar hafna xoghol mill-inginier Joe Borg. Kien interessanti hafna tara il-kapacita’ tas-sewwieq Malti David Anastasi b’karozza armata minn inginier Malti iehor itellaq quddiem karrozzi ta’ sahha kbira bhal BMW u Porsche.  It-talent Malti fit-tlielaq tal-karozzi ghandu hafna fejn jiffjorixxi f’setturi differenti kieku kellna korsa sura ta’ nies.

Minbarra dawn it-tlett kategoriji, hemm 3 ohra ukoll, dawk ghall-ghazliet tal-Ufficjal Tas-Sena, is-Sewwieq tal-Karting tas-Sena, u l-Premju Tekniku tas-Sena li jmur ghal dak l-inginier jew tekniku jew sid ta’ hanut tax-xoghol li jipprepara l-karozzi ghat-tlielaq.

Nominazzjonijiet miftuha

In-nominazzjonijiet ghal dawn is-6 ghazliet jibqghu miftuha sa nhar it-Tlieta, 10 ta’ Jannar, u wara jkun hemm gimgha ghal-voti. Dawn l-ghazliet mhumiex qeghdin isiru biex jiehdu post il-kampjonati minn xi klabb jew assoccjazzjoni, izda biex iziedu maghhom. Dawn in-nomini qed isiru mid-dilettanti tat-tielaq tal-karozzi, u l-voti isiru mill-istess dilettanti u l-pubbliku permezz tax-xibka s-socjali Facebook fuq is-sit “Malta & Auto Racing”, fejn hemm izjed dettalji.

Ghal din is-sena, dawn l-ghazliet jistghu jitqiesu bhal lista ta’ unuri, u hemm il-hsieb li jinhargu certifikati lir-rebbieha. Hemm ghadd ta’ sponsors li qed jikkunsidraw xi premjijiet jistghu jaghtu, u kumitat importanti ta’ sponsorship ghandu jiltaqa’ fit-18 ta’ Jannar. Ghalhekk ir-rebiehha jistghu jkollhom xi sorpriza sabiha.

Is-6 rebbieha se jighataw ukoll shubija ta’ sena ghal karozza privata ghal servizz ta’ rmonk u ghajnuna ohra mill-ko-operativa tal-irmonk MTC, bl-intervent tas-Sur Joe Caruana.





1 Comment

  1. Andrew Cassar says:

    Proset Alan. Jixraqlek hafna

    [Reply]

Leave a comment