L-Għawdxin jegħlbu lil Maltin

Tuesday, September 10, 2013, 9:39

minn Robert Busuttil

Il-bieraħ intemm uffiċjalment l-ewwel rawnd tal-U BET FA Trophy bl-aħħar żewġ logħbiet li ntlagħbu fil-Gozo Stadium. Fil-fatt kienu t-timijiet Għawdxin Oratory Youths u Nadur Youngsters li ssuperaw l-opposizzjoni Maltija tal-Imtarfa u Ħal Għaxaq rispettivament.

Fl-ewwel partita Oratory Youths għelbu lill-Imtarfa 1-0 bil-gowl li ddeċieda l-konfront jiġi skorjat minn Gianluca Vella fil-31 minuta.

It-tieni partita pproduċiet xejn inqas minn sitt gowls u rat lil Nadur Youngsters jegħlbu lil Għaxaq 4-2. Kien Milos Stojanovic li fetaħ l-iskor għan-Nadurin fis-17 –il minuta sabiex Josef Buttigieg irdoppja fis-27 minuta. Għaxaq reġgħu daħlu fil-logħba b’gowl ta’ Franridge Schembri fil-65 minuta iżda Jonathan Soares reġa kabbar il-vantaġġ għall-Għawdxin fit-80 minuta. Għaxaq reġgħu naqsu l-iskor minn Phiram Shakai fis-86 minuta. Hawnhekk l-Għaxqin ippruvaw jagħfsu għall-gowl li seta’ jdaħħalhom fil-ħin barrani.

Iżda ma kienx tal-istess fehma Jonathan Soares li ssiġġilla r-rebħa favur Nadur u għaqqad doppjetta personali għal skor finali ta’ 4-2.

Wara dawn iż-żewġ logħbiet sar magħruf il-kwadru sħiħ ta’ logħbiet li ser jintlagħbu bejn il-25 u s-27 ta’ Ottubru li ġej:

Oratory Youths vs Victoria Hotspurs

Kerċem Ajax vs Luqa St Andrews

Swieqi United vs Siġġiewi

Mġarr United vs St Andrews

Senglea Athletics vs Kirkop United

Sirens vs Marsa

Żurrieq vs Gżira United

Ħamrun Spartans vs Pieta Hotspurs

St George’s vs Zabbar St Patrick

Melita vs Nadur Youngsters

Birzebbuġa St Peters vs Msida St Joseph

Fgura United vs Mdina Knights

Żebbuġ Rangers vs Dingli Swallows

Marsaxlokk vs San Ġwann

Xagħra United vs Mqabba

Għargħur vs Mellieħa

Ta’ Xbiex vs Pembroke Athleta

Żejtun Corinthians vs Gudja United

Marsaskala vs SK Victoria Wanderers

Lija Athletics vs Xewkija Tigers





Leave a comment