L-għaqdiet sportivi jkattru s-sens komunitarju

Tuesday, October 22, 2013, 9:58

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport, Stefan Buontempo, żar lill-membri tal-Valletta Lions Table Football Club qabel il-parteċipazzjoni f’kompetizzjoni internazzjonali li se ssir f’Napli.

Filwaqt li feraħ lid-diriġenti ta’ dan il-klabb, is-Segretarju Parlamentari Buontempo faħħar is-sens komunitarju ta’ klabbs bħal dawn u anke l-impenn tagħhom biex jattiraw aktar tfal u żgħażagħ lejn dan l-isport. L-għaqdiet sportivi qed jgħinu mhux biss biex it-tfal u ż-żgħażagħ tagħna jkunu attivi fl-isport imma wkoll ikattru s-sens ta’ interazzjoni soċjali, li persuna tħossha parti mis-soċjetà.

Dr Buontempo ippreżenta tifkira tal-okkażjoni u awguralhom kull suċċess fil-parteċipażżjoni tagħhom barra minn Malta fil-ġimgħat li ġejjin.





Leave a comment