L-Ghaqda Regatta Nazzjonali ser torganizza regatta ghaz-zaghzagh

Saturday, June 29, 2013, 10:12

L-Ghaqda Regatta Nazzjonali ser torganizza regatta ghaz-zghazagh imsemmija REGATTA YOUTHS. Dawn it-tigrijiet saru parti millkalendarju sportiv ta’ L-Ghaqda u fil-fatt din hija t-tlettax il-edizzjoni.

Dan l-isem ghandu sinifikat importanti ghall-fatt illi din id-darba aktar min qatt qabel dawn it-tigrijiet ser jinkludu l-etajiet kollha sa massimu ta’ zghazagh li jkunu twieldu mill-1 ta’ Jannar 1995 il-quddiem. Dawn ir-Regatti qed jigu organizzati taht il-patrocinju tal-Kunsill Malti ghall-isport mghejjuna mill-ufficjali sportivi koncernat imn naha taghhom.

Din is-sena fir-Regatta Youths bhas-sena l-ohra ser issir b’format gdid ikun hemm Regatta wahda, f’post wiehed b’hames tigrijiet. Dawn it-tigrijiet huma tà b’erbgha imqadef, tal-kajjikk, tal pass b’zewg imqadef, fregatina,u nispiccaw ta’ b’erbgha. D-distanza hija ta’ kwazi nofs korsa tat-tigrijiet li jsiru fil-festi tal-Vitorja u l-Helsien jigifieri ftit il-fuq min 500m. Ser ikun hemm presentazzjoni tat-trophies wara r-regatta.

Il-programm huwa li gej:

Is-Sibt 6 ta’ Lulju mill-5.00pm sat-8.00pm min Rinella Bay, Kalkara Din is-sena ser ikun hemm il-klabbs kollha partecipanti li huma Bormla,L-Isla, Kalkara, u Marsa. Wara t-tigrijiet jigifieri ghal habta tas 7.15pm ser jinghataw trophies ghal dawk il-klabbs li jkunu gabu l-aktar ammont ta’ punti mit-tigrijiet kollha. Din il-presentazzjoni ser issir mis-Segretarju Parlamentari, Dr Stefan Buontempo, kif ukoll u xi persuni ohra distinti mistiednin fosthom is-sur Jonathan Barbara u is-Sur Teddie Borg. L-Ghaqda Regatta Nazzjonali theggeg lill-pubbliku sportiv Malti jattendi dawn it-tigrijiet u jaghtu l-appogg taghhom liz-zaghzagh. L-Ghaqda titlob ukoll sabiex f’dawn il-granet il-pubbliku jikkopera mal-awtoritajiet bill.ma jsirx parkegg fejn indikat mill-avvizi kif ukoll ma jsirux camping fuq il-moll.





Leave a comment