- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

L-Għaqda Ġurnalisti Sports tifraħ lill-membri eletti tal-Bord il-ġdid tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin

Posted By Sportinmalta On July 30, 2018 @ 11:48 am In Featured,GhGS - 2014 | No Comments

L-Għaqda Ġurnalisti Sports filwaqt li tirringrazzja liċ-Chairperson uxxenti s-Sinjura Norma Saliba, tawgura kull suċċess lis-suċċessur tagħha is-Sur Yannick Pace li llum waqt il-Laqgħa Ġenerali annwali tal-IGM kien elett bħala Chairperson ġdid.

L-GħĠS li hi affiljata lokalment mal-IĠM u internazzjonalment mal-AIPS (International Sports Press Association) tawgura wkoll lill-membri kollha tal-Eżekuttiv il-ġdid speċjalment lis-Segretarju Ġenerali s-Sur Nigel Mifsud li ġie elett illum u li wkoll hu ex membru fl-Eżekuttiv tal-GħĠS.

L-Għaqda Ġurnalisti Sports tinnota b’sodisfazzjoni wkoll li s-Sur Charles Camenzuli President Onorarju tal-GħĠS u President tal-AIPS Europe, żamm postu fi ħdan il-Bord filwaqt li is-Sur Domenic Aquilina wieħed mill-membri l-ġodda eletti huwa wkoll membru tal-Għaqda Ġurnalisti Sports u Chairman tal-kummissjoni fotografi fi ħdan l-GħĠS.

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports se jkun qed jitlob laqgħa formali mal-Bord elett il-ġdid tal-IGM fil-jiem li ġejjin.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/l-ghaqda-gurnalisti-sports-tifrah-lill-membri-eletti-tal-bord-il-gdid-tal-istitut-tal-gurnalisti-maltin/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.