L-Għaqda Ġurnalisti Sports tibda tiltaqa’ mal-Assoċjazzjonijiet Sportivi

Monday, September 25, 2017, 19:12
Fi sforz kollettiv sabiex il-media tal-Isport tibqa’ tkun ta’ servizz kontinwu u effiċjenti lill-assoċjazzjonijiet u federazzjonijiet sportivi lokali, l-Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports beda sensiela ta’ laqgħat formali.
Kienu l-Malta Racing Club u Athletics Malta l-ewwel żewġ Assoċjazzjonijiet li laqgħu t-talba tal-Għaqda Ġurnalisti Sports sabiex iż-żewġ partijiet jiddiskutu madwar il-mejda il-mod ta’ kif iż-żewġ naħat jistgħu jgħinu aktar lil xulxin.
Iċ-Chairman Edwin Borg u s-Segretarju Anthony Demanuele rrapreżentaw lill-Malta Racing Club filwaqt li Edwin Attard President tal-Assoċjazzjoni tal-Atletika iltaqa’ mal-GħĠS f’isem l-MAAA.
Dawn il-laqgħat qed isiru fuq inzjattiva tal-President il-ġdid tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Sandro Micallef bil-għan li mhux biss tissaħaħ ir-relazzjoni bejn il-media sportiva u l-assoċjazzjonijiet u l-federazzjonijiet lokali iżda wkoll sabiex jinżamm kuntatt personali kontinwu.
Kull min jixtieq jagħmel kuntatt mal-Għaqda Ġurnalisti Sports jista’ jagħmel dan permezz tal-email fuq info@maltasportsjournalists.com jew permezz tal-paġna ta’ Facebook Malta Sports Journalists Association.




Leave a comment