L-Għaqda Ġurnalisti Sport u l-KMS iżuru l-President ta’ Malta

Wednesday, February 16, 2011, 10:07
Il-President ta' Malta Dr. George Abela mad-delegazzjoni tal-Għaqda Ġurnalisti Sport u l-Kunsill Malti għall-iSport.

Il-President ta' Malta Dr. George Abela mad-delegazzjoni tal-Għaqda Ġurnalisti Sport u l-Kunsill Malti għall-iSport.

L-importanza u ħtiega tal-isport fil-ħajja ta’ kuljum u fl-iżvilupp tas-soċjeta’ Maltija kienet it-tema ewlenija li spikkat waqt iz-żjara ta’ kortesija li saret it-Tnejn mill-Kumitat Organizattiv ta’ Sport Malta Awards – Għazliet Sportivi Nazzjonali lil President ta’ Malta E.T George Abela, fil-Palazz f’San Anton.

Pippo Psaila Chairman tal-Kumitat Organizattiv mexxa d-delegazzjoni li kienet wkoll magħmula minn Bernard Vassallo, Chairman tal-Kunsill Malti għall-Isport, Charles Camenzuli President tal-Għaqda Gurnalisti Sports kif ukoll Bertie Muscat, Viċi Chairman KMS u l-uffiċjali fi ħdan l-GħGS, Sandro Micallef, Segretarju Ġenerali, Mario Meli, Teżorier u Willie Vassallo, membru.

Preżenti wkoll kien hemm Massimo Cremona, player tat-team Nazzjonali tat-table football li spiċċa runner-up fl-Isportiv tas-Sena u rebbieħ tat-tieni Edizzjoni ta’ SportMalta Award, kif wkoll Silvio Catania rebbieħ tal-kategorija Uffiċjal tas-Sena u rapprezentat tat-Tim tas-Sena.

Ir-rebbieħa l-oħra Andre’ Schembri (Sportiv tas-Sena) Danika Bonello Spiteri (Sportiva tas-Sena) kif wkoll Daniel Bajada (Żagħżugħ tas-Sena) ma setgħux jattendu minħabba l-impenji sportivi tagħhom barra pajjiżna.

Din iż-żjara ta’ kortesija lil President ta’ Malta ġabet fi tmiem l-Edizzjoni 2010 ta’ SportMalta Awards – Għazliet Sportivi Nazzjonali organizzati milli Kunsill Malti għall-Isport u mill-Għaqda Ġurnalisti Sports.





Leave a comment