L-Għ.Ġ.S issellem lil Mike Turner

Monday, August 7, 2017, 10:45

L-Għaqda Ġurnalisti Sports issellem lil MIKE TURNER li miet fi tmiem il-ġimgħa. Għal dawn l-aħħar tletin sena Mike Turner kien dejjem viċin il-media tal-isport lokali speċjalment waqt il-partiti tat-tim nazzjonali Malti tar-Rugby. Apparti li bejn l-2000 u l-2006 kien membru tal-kunsill tal-Malta Rugby Football Union, ir-rabta tiegħu mal-media tal-isport u wisq aktar mal-GħĠS għenet bil-bosta sabiex iqarreb l-isport mad-dilettanti tar-rugby u mal-isportivi Maltin.

Il-President u Kumitat Ezekuttiv tal-GħĠS f’isem il-ġurnalisti membri jgħatu l-kondoljanzi lil familja Turner.

 





Leave a comment