L-ewwel unur fl-istorja għal Alyssa Ashley Loyola

Monday, November 14, 2011, 10:49

minn Colin Schembri

ST. JAMES HOSPITAL SHIELD NISA

 

Alyssa Ashley Loyola  40

Hibernians 36

(8-10)(5-3)(15-14)(12-9)

It-tieni unur tal-basketball femminili ntrebaħ minn Alyssa Ashley Loyola li fil-finali tas-Saint James Hospital Shield għelbu lil Hibernians 40-36. Għal Loyola dan kien l-ewwel unur fil-basketball femminili u wasal wara wirja qalbiena mill-players ta’ Ruth Spiteri. Il-players tagħha lagħbu logħba kbira fid-difiża u s-sitt players li utilizzat taw sehemhom f’din ir-rebħa. Hibs minkejja li kienu bl-iskwadra kompleta tagħhom sabu diffikulta speċjalment taħt il-board fejn il-Belġjana Laura Denooz u Justine Mangion kienu superjuri. Il-partita kellha bidu kwiet ferm b’Hibs 4-0 minn fuq wara sitt minuti. Fis-seba’ minuta wasal l-ewwel basket ta’ Loyola minn Sammy Jo Barbara. Hibs wieġbu bil-punti ta’ Kirsten Baldacchino u Joselle Cardona biex kabbru l-vantaġġ pero’ qabel it-tmiem Christina Grima naqqset id-distakk 8-10. It-tieni sessjoni offriet biss 8 punti fejn Loyola għamlu l-ewwel ħamsa fl-ewwel ħames minuti fil-waqt li Hibs għamlu tlieta oħra biex fl-intervall kien hemm parita fuq skor baxx ta’ 13-13.

Loyola fetħu aħjar fit-tielet sessjoni fejn għamlu żewġ baskets għalkemm Lena Gipson wieġbet għal Hibs. Punti konsekuttivi ta’ Abigail Sciberras taw vantaġġ ta’ 7 punti lil Loyola 24-17 pero Hibs irrispondew bil-punti ta’ Baldacchino fosthom trippla. Freethtrows ta’ Grima u basket ta’ Gipson għalqu s-sessjoni bil-Loyola punt minn fuq 28-27. Fl-aħħar sessjoni il-partita żiedet fl-intensita u fit-tieni minuta Hibs marru minn fuq 31-28. Loyola wieġbu bi break ta’ 6-2 biex reġgħu marru punt minn fuq. Wara ftit minuti bla punti waslu żewġ baskets minn Barbara u ieħor ta’ Grima u Loyola marru 7 minn fuq 40-33 fis-seba’ minuta. L-unika risposta ta’ Hibs ġiet minn trippla ta’ Baldacchino biex Loyola rebħu l-partita 40-36 fost il-ferħ tal-players, diriġenti u partitarji tagħhom. Fi tmiem il-partita l-Onorevoli Clyde Puli Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport ippreżenta t-trofew lil captain ta’ Alyssa Ashley Loyola Sammy Jo Barbara.

 

Alyssa Ashley Loyola  : E. Moore 3, C. Grima 12, J. Doughty, L. Denooz 2, D. Hollier, K. Tonna, F. Camilleri, J. Mangion 6, A. Sciberras 7, S.J. Barbara 10, K. Borg.

Hibernians: J. Scerri, E. Cassar, F. Mifsud, L. Bezzina, M. Zammit, M. Desira 5, K. Gatt, A. Cutajar, N. Arrigo 2, K. Baldacchino 12, J. Cardona 7, L. Gipson 10.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile.





3 Comments

  1. Paul says:

    plus 30…..

    stay down!!

    [Reply]

  2. Truly Bball Lover says:

    Imnallla gabu il barranija il hibs… ! kemm kantaw vitorja u fil gazeta kitbu li hemm cans li JKAXKRU !!! KOLLOX!!!

    [Reply]

  3. louis mizzi says:

    What a surprise……super loyola. super coach and super team. i have to say that after all loyola did well.
    But what happen to super bruno’s team. what a disappointment to the hibs supporters and myself to start off. if i had to bet money i would have lost. m hemx taghmel……..loyola won.

    [Reply]

Leave a comment