L-ewwel tournament għall-Mosta Nursery fuq il-ground il-ġdid

Thursday, November 4, 2010, 11:44

Il-bieraħ ġie fi tmiemu l-ewwel tournament organizzat fuq il-wiċċ sinteticu l-ġdid minn-nursery ta’ Mosta. Dan it-tournament mifrux fuq erbat ijiem laqqa’ aktar minn 300 tifel li qattgħu l-vaganzi flimkien f’armonija ta’ logħob sabiħ u divertenti.

Is-Sibt u l-Ħadd ġew organizzati żewġ tournaments separati għal tfal mill-kategoriji ta’ taħt il-ħdax-il sena (Under 11) u taħt it-tnax-il sena (Under 12). L-ewwel kategorija intrebħet minn Ħamrun Spartans b’San Ġwann jispiċċaw it-tieni. Il-kategorija l-oħra kienet ferm ikkumbattuta u l-logħba finali tal-legue kienet anke dik deċiziva għal min se jirbaħ it-tournamen. Finalment Melita ħargu rebħu l-kategorija meta għelbu lil Birkirkara bil-Mosta jispiċċaw fit-tieni post.
 
It-Tnejn u t-Tlieta intlagħab it-tournament tal-Under 14 li kien fih żewġ gruppi b’erba timijiet. Grupp A kien kompost minn Mosta, Pieta Birkirkara u Mellieha, filwaqt li grupp B kien kompost minn Floriana, Qormi, St. Patrick u tim ieħor minn Mosta. Il-finali kienet logħba mill-isbaħ bejn Pieta u Mosta li dawn tal-aħħar rebħ 1-2.

L-organizzaturi jixtiequ jirringrazzjaw lin-nurseries parteċpanti lill-kowcis u membri tal-kumitat li ħdmu minn qalbhom u fuq kollox lil General Soft Drinks, Raico electrics u Stephen Gatt.





Leave a comment