- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

L-ewwel rebħa tal-istaġun għal Valletta fil-Masters Football

Posted By Sportinmalta On September 7, 2018 @ 5:30 pm In Featured,Football | No Comments

VALLETTA fetħu l-istagun b’rebħa meta għelbu lit-tim ġdid ta’ NAXXAR 11-8 u għaddew għal l-ewwel round ta’ J.SAMMUT PRE SEASON TOURNAMENT.  Iż-żewg timijiet taw bidu  interessanti, bil-partita tkun waħda missielta u ibbilanċjata. Valletta issa jilgħabu kontra Zurrieq Wolves.

Il-partita intlagħbet fil-ground ta Qormi FC, fejn fil-fatt sejjer isir il-logħob kollu dan l-istagun.  Valletta u Naxxar, it-tnejn ħargu b’saħħitom fil-bidu biex jieħdu l-iniżjativa. Naxxar fetħu l-iskor wara għaxar minuti u anki ħadu vantagg ta’ 3-0. Iżda Vallletta malajr wiegbu u jaqsmu l-logħob sal-mistrieħ kienu ġabu d-draw 4-4.

Fit-tieni taqsima kelna l-istess storja, ħadd ma jiddomina, it-tnejn juru logħob tajjeb. Sal-aħħar għaxar minuti l-iskor kien 8-8.  Iżda Naxxar għamlu żbalji banali fid-difiza biex Valletta ħatfu l-opporunita u skurjw tlett gowls konsekuttivi u kkwalifikaw. Biex tagħżel il-plejers li spikkaw huwa difiċli, għaliex kien aktar sforz kollettiv miż-żewg naħat.

VALLETTA 11 – 8 NAXXAR

REFEREE: Clint Cutajar

Skurjaw:

VALLETTA: D Scerri  3, K. Naudi 2, S. Farrugia 2, E. Galea, J. Buttigieg, C. Debattista,  J.Galea

NAXXAR: S. Muscat 3, M. Deguara 3, V,. Bellia, K. Fenech

Il-logħob li jmiss:

10 Settembru fit-8 pm

Rabat vs Tal-Qroqq

Marsa vs Wardija

12 Settembru fit-8 pm

Valletta vs  Zurrieq Wolves


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/l-ewwel-rebha-tal-istagun-ghal-valletta-fil-masters-football-2/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.