L-ewwel rebħa ta’ Starlites tħalli kollox miftuħ

Monday, March 5, 2018, 16:52

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

minn Colin Schembri

Hibernians 79

Bupa Luxol 74

(17-18)(25-16)(18-23)(19-17)

Hibernians u Bupa Luxol kienu qiegħdin jiltaqgħu għas-seba’ darba dan l-istaġun fejn Hibs kellhom 4 rebħiet fosthom finali tas-shield u t-tazza Louis Borg fil-waqt li Luxol kienu rebħu fis-Super Cup. Hibs kienu mingħajr Simon Attard fil-waqt li Luxol kellhom nieqes lil CJ Cordina. Kienu Luxol li għamlu l-ewwel disa’ punti tal-partita li waslu minn Jean Paul Schembri, Kyle Meyer u trippla ta’ Keith Dimech. Hibs bdew jirrispondu permezz ta’ Marco Matijevic li beda jsib ruħhu waħdu taħt il-basket avversarju. Luxol marru 10 minn fuq wara trippla ta’ Meyer però Hibs għalqu t-taqsima b’run ta’ 9-0 b’żewġ baskets oħra ta’ Matijevic flimkien ma’ Anton Axiaq u trippla ta’ Alvaro Lizaur biex naqqsu d-distakk għal punt 17-18. Hibs marru minn fuq fil-ftuħ tat-tieni sessjoni bil-punti ta’ Chad Patus u Axiaq u għal xi ħin iż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin bil-vantaġġ jibdel l-idejn għal diversi drabi. It-three pointers komplew ġejjin fuq iż-żewġ naħat u hekk kif Patus daħal iktar fix-xena, Hibs għalqu t-taqsima b’run ta’ 11-2 fosthom trippla tal-istess Patus biex daħlu jistrieħu 42-34 minn fuq.

Fit-tielet perjodu, Luxol reġgħu feġġew fuq quddiem hekk kif huma kellhom sensiela ta’ three pointers minn Meyer, William Ahlberg u Nicola Vasovic. Huma fetħu distakk ta’ 5 punti 53-48 però Hibs ġew lura u bit-trippli ta’ Patus u Luke Farrugia flimkien ma’ Matijevic u Lizaur biex reġgħu ħadu vantaġġ ta’ 3 punti 60-57. Iż-żewġ timijiet fetħu l-aħħar sessjoni bi three pointer u Hibs komplew bil-punti ta’ Patus biex marru 6 minn fuq 67-61. Ic-champions ġew lura b’run ta’ 9-2 li għalquha bi trippla ta’ Ahlberg biex reġgħu marru minn fuq. Hibs reġgħu wieġbu punti minn Lizaur poġġewhom fuq quddiem u komplew iżommhu l-vantaġġ bil-free-throws ta’ Patus biex kisbu r-rebħa fuq skor ta’ 79-74.

Hibernians: R. Vella 5, P. Attard, K. Sultana, L. Farrugia 8, I. Bonnett, L. Tardito, A. Axiaq 7, M. Matijevic 22, A. Lizaur 14, F. Mariani, C. Patus 23.

 

Bupa Luxol: M. Sjoberg, N. Vasovic 22, J. Mellilo, JP Schembri 8, K. Dimech 8, W. Ahlberg 13, K. Meyer 22, A. Micallef Trigona 1.

Referees: Emanuel Mangani, Nicky Azzopardi, Tuomas Mantere.

Cynergi Depiro 69

Starlites GIG 78

(20-25)(15-13)(11-14)(23-26)

Starlites żammew ħajjin it-tamiet tagħhom li jikkwalifikaw għal

Ritratt: Wally Galea

post fil-play-offs meta f’partita kumbattuta għelbu lil Cynergi Depiro 69-78. Depiro kellhom l-isfortuna li jitilfu b’injury lil David Bugeja f’nofs it-tielet sessjoni fil-waqt li għal Starlites l-Amerikan Mitchell Brewe kellhu wirja superlattiva minkejja li deher li kienu muġugħ f’xi waqtiet għamel mezz biex jilgħab il-partita kollha. Starlites kienu mingħajr Sean Borg u ż-żagħżugħ Ian Felice Pace kellhu ħin fuq il-court f’mumenti mportanti tal-partita speċjalment wara li spiċċa fouled out Shawn Pace. Il-partita deheret li se tkun missielta mill-bidu hekk kif Starlites bdew bit-three pointers minn Alec Felice Pace, Ryan Carabott u Robert Bonnici biex marru 11-7 minn fuq. Depiro rkupraw bil-punti ta’ Bugeja u Dominic Scafidi u ħadu vantaġġ ta’ basket 13-11 u żammew l-istess distakk wara trippla ta’ Andrew Aquilina. Starlites kellhom tmiem feliċi tal-perjodu meta għamlu run ta’ 9-2 fosthom trippla minn Carabott għal skor ta’ 25-20. Fit-tieni sessjoni Depiro kellhom tlett three pointers min Aquilina, Scafidi u Kurt Xuereb però Bonnici u Pace ukoll kisbu t-trippli għal Starlites biex ħallewhom 5 minn fuq qabel ma Depiro għalqu b’żewġ baskets biex Starlites kellhom vantaġġ ta’ punt 36-35.

Wara l-intervall, Brewe ħa l-attakk ta’ Starlites f’idejh u l-punti kontinwi tiegħhu rahom jiftħu vantaġġ ta’ 9 punti 49-40. Hawn weġġa’ Bugeja madankollhu Depiro reġgħu naqqsu d-distakk bil-punti ta’ Scafidi u Nicholas Grech 46-42. Depiro komplew jersqu viċin wara li fetħu l-aħħar taqsima b’żewġ three pointers minn Xuereb u Scafidi. Xuereb poġġijhom saħansitra fuq quddiem 58-57 għalkemm Starlites ma tfixlux u rnexxielhom jagħqqdu run ta’ 12-0 primarjament minn Brewe biex fetħu vantaġġ ta’ 11 –il punt u minkejja l-isforzi finali ta’ Depiro, Starlites baqgħu jamminstraw il-vantaġġ biex rebħu l-partita 78-69.

Cynergi Depiro: E. Briffa, D. Bugeja 13, D. Camilleri, A. Aquilina 7, N. Grech 8, A. Attard, M. Mallia 2, K. Xuereb 15, M. Borg, D. Scafidi 24.

Starlites GIG: S. Pace 3, O. Psaila, R. Bonnici 10, A. Schembri, M. Scerri, M. Falzon, A. Felice Pace 14, R. Carabott 12, I. Pace, I. Felice Pace, J. Wait, M. Brewe 39.

Referees: Bernard Vassallo, Zvezdan Dobrosaviljevic, Kamil Dworniczak.

Klassifika Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Gżira Athleta

7

6

1

13

580

515

Hibs

7

5

2

12

561

509

Bupa Luxol

8

4

4

12

672

619

Cynergi Depiro

7

2

5

9

499

556

Starlites

7

1

6

8

507

620





Leave a comment