L-ewwel rebħa ta’ Depiro u Luxol fil-kompetizzjoni

Monday, October 30, 2017, 17:22

St. James Hospital Shield Nisa

minn Colin Schembri

Caffè Moak Luxol 53

Gżira Athleta 47

(10-14)(14-7)(13-14)(16-12)

F’ripetizzjoni tal-finali tas-Super Cup ic-champions Caffè Moak Luxol iltaqgħu kontra Gżira Athleta bid-differenza li din id-darba kienu huma li ħarġu rebbieħa 53-47 biex Athleta sofrew l-ewwel telfa f’din il-kompetizzjoni. Għall-Athleta kienet nieqsa Beverlee Zammit għalkemm irkupraw lil Leanne Duncan u nkludew għall-ewwel darba lil Nicole Hili. Luxol marru fuq quddiem bil-punti ta’ Christina Curmi. Athleta wieġbu bi tlett baskets minn Amelia Simmons, Denise Said Hollier u Sharon Vella  qabel ma l-Amerikana ta’ Luxol Ashanti Plummer għamlet tlett baskets wara xulxin. Athleta reġħhu wieġbu b’run ta’ 8-0 biex fetħu vantaġġ ta’ erba’ punti 14-10. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima Luxol naqqsu d-distakk għal punt bl-Athleta jirrispondu b’basket ta’ Borg u trippla ta’ Said Hollier. Hawn Luxol kellhom mument tajjeb b’run ta’ 9-2 b’punti ta’ Curmi u Marina Darmanin biex fetħu vantaġġ ta’ 3 punti fil-halftime 24-21.

Fil-ftuħ tat-tielet taqsima, Athleta għal darbtejn naqqsu d-distakk għal punt però Luxol kellhom run oħra qasira ta’ 9-4 biex baqgħu sitta minn fuq 35-29. Lejn tmiem il-perjodu, Athleta wkoll kellhom break qasir bil-punti ta’ Amelia Simmons, Borg u Said Hollier biex il-vantaġġ tac-champions niżel għal basket wieħed 37-35. Fl-aħħar sessjoni, Luxol baqgħu iżommu l-vantaġġ hekk kif il-punti kienu maqsumin fuq iż-żewġ naħat. Athleta għamlu l-iksor indaqs wara run ta’ 6-0 bil-baskets ta’ Vella, Simmons u Julia Schembri. Hawn però, l-punti tal-Athleta waqfu u kienu biss Luxol li skurjaw minn fuq il-free-throw line biex rebħu l-partita 53-47.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 11, C. Borg Millo, I. Baena Medina 8, N. Vella, A. Plummer 12, K. Portelli 5, V. Figo, P. Ellul, C. Sollami, M. Darmanin 4, C. Curmi 13.

Gżira Athleta: N. Hili, S. Pisani, L. Duncan 4, A. Simmons 17, D. Said Hollier 9, A. Borg 8, J. Schembri 2, S. Vella 7, E. Pace, C.Mifsud.

Referees: Igor Marjanovic, Brian Sly, Zvezdan Dobrosaviljevic

Depiro 60

Starlites GIG 50

(22-5)(10-16)(10-11)(18-18)

Iż-żewġ timijiet riedu rebħa minn din il-partita biex ikomplu

Ritratt: Wally Galea

javvanzaw fil-kompetizzjoni u finalment kienu Depiro li għamlu dan b’rebħa ta’ 60-50. Depiro ntroduċew lil player Ġermaniża Tina Maciej fil-waqt li Starlites kienu mingħajr Jaelle Micallef però kellhom għall-ewwel darba lil Diane Revol. Depiro mal-ewwel bdew tajjeb hekk kif huma ddominaw l-ewwel sessjoni kompletament tant li ħallew lil Starlites fuq ħames punti b’difiża agressiva. Steffi De Martino flimkien ma’ Maria Bonett għamlu l-ewwel tnax –il punt fil-waqt li bir-risposta ta’ Starlites ma tasalx, Tina Mifsud, Andrea Mifsud u Claire Ciantar żidulhom il-vantaġġ għal skor ta’ 22-5. Fit-tieni perjodu Starlites fetħu bi trippla ta’ Patricia Arguello li ġiet imwieġba mmedjatament b’oħra ta’ De Martino. Starlites komplew b’run ta’ 10-0 b’Arguello tidħol aktar fil-partita flimkien ma’ Kirsty Galea u Adriana Lupo biex naqqsu d-distakk għal 8 punti 18-26. Depiro wieġbu b’żewġ three pointers konsekuttivi minn Tina Mifsud u De Martino u għalkemm Galea ukoll wieġbet bi trippla għal Starlites, Depiro daħlu jistrieħu 32-21 minn fuq.

Depiro reġħhu fetħu tajjeb fit-tielet taqsima b’żewġ baskets ta’ De Martino u ieħor ta’ Nicole Agius. Starlites għamlu run ta’ 7-0 bi trippla ta’ Jean Doughty biex naqqsu d-distakk għal 10 punti 28-38. Żewġ baskets fuq kull naħa ħallew l-istess distakk fi tmiem il-perjodu bid-Depiro fuq quddiem 42-32.Fl-aħħar sessjoni żewġ trippli ta’ Starlites minn Galea u Doughty ressquhom aktar viċin. De Martino però kompliet tiddomina l-attakk ta’ Depiro u l-punti kontinwi tagħha ħallewhom fuq quddiem sat-tmiem biex ħarġu rebbieħa 60-50.

Depiro: A. Mifsud 3, T. Mifsud 7, L. Vella, C. Camilleri, M. Bonett 8, S. De Martino 29, N. Agius 9, N. Agius, J. Xuereb, T. Maciej, C. Ciantar 4.

Starlites GIG: D. Agius, K. Galea 15, J. Doughty 10, S. Farrugia 2, H. Acreman, K. Pirotta, D. Revol, E. Magrin, P. Arguello 13, M. Cutajar 2, S. Davies 2, A. Lupo 6.

Referees: Gordon Barbara, Stephen Micallef, Jason Cole.





Leave a comment