L-ewwel rebħa għal Phoenix Petrus Pizza Qormi

Monday, January 7, 2013, 16:18

minn Colin Schembri

Phoenix Petrus Pizza Qormi 56

Starlites Sports Experience 43

(12-10)(22-6)(10-10)(12-17)

 

Phoenix Petrus Pizza Qormi kisbu l-ewwel rebħa tagħhom fil-basketball lokali meta għelbu lil Starlites Sports Experience 56-43. Għal Phoenix spikkat għal darb’oħra l-Amerikana Brittaney Thomas li kellha wirja stupenda bi 43 punt biex skurjat daqs Starlites waħedha. Phoenix kellhom lil Vanessa Agius nieqsa pero’ rritornat Alexis Cutajar fil-waqt li Starlites kienu bil-formazzjoni solita tagħhom. Il-partita kienet bilanċjata fl-ewwel ħinijiet tagħha bi Starlites jieħdu vantaġġ ta’ basket sat-tmien minuta 8-6. Hawn bdew ġejjin il-punti ta’ Thomas biex sa’ tmiem is-sessjoni Phoenix marru 12-10 minn fuq. Wara li Starlites ippareġjaw fil-ftuħ tat-tieni sessjoni, Phoenix għamlu break ta’ 12-0 biex ħadu vantaġġ doppju 24-12. Ir-risposta ta’ Starlites ma waslitx biex aktar punti ta’ Thomas flimkien ma’ Nicola Said biex fl-intervall Phoenix kienu 34-16 minn fuq.

Wara l-mistrieħ il-punti naqsu fuq iż-żewġ naħat speċjalment minn Phoenix fil-waqt li għal Starlites kellha diversi punti Marilou Cutajar. Phoenix fallew erba’ freethrows konsekuttivi pero’ xorta kienu għadhom 18 minn fuq 44-26. Fl-aħħar perjodu Starlites bdew bi break ieħor ta’ 7-2 qabel ma Thomas reġgħat bdiet tagħmel il-punti ta’ Phoenix li rebħu l-partita 56-43.

 

Phoenix Petrus Pizza Qormi: M. Abela, M.R. Agius, C. Scicluna 2, Y. Agius 4, N. Said 2, B. Thomas 43, J. Millo, A. Demanuele 2.

Starlites Sports Experience: A. Farrugia 4, C. Riolo, A. Grixti 5, S. Tabone 7, L. Pisani, S. Cutajar, L. Pirotta 2, N. Attard 2, S. Galea, S. Davies 4, M. Cutajar 19.

Referees: Alfred Carbonaro, Emmanuel Mangani

 

Depiro 62

Hibs 52

(17-5)(18-18)(9-16)(18-13)

 

Depiro kisbu l-ħames rebħa tagħhom fil-kampjonat kontra Hibs 62-52 u din kienet it-tieni rebħa tagħhom fuq l-avversarji għal dan l-istaġun. Depiro kellhom l-istess formazzjoni ta’ dawn l-aħħar partiti fil-waqt lil għal Hibs kien hemm ir-ritorn wara diversi partiti ta’ Joselle Borg Cardona u t-team tmexxa minn Winnie Buhagiar fin-nuqqas ta’ Bruno Di Pietrantonio. Fl-ewwel erba’ minuti saru biss tlett baskets minn Depiro qabel ma Hibs wieġbu permezz ta’ Nadia Mifsud u Khadi Soune Sagna. Depiro għamlu run oħra ta’ 8-0 b’punti minn Steffi De Martino, Latisha Belcher u Beverlee Zammut biex temmew is-sessjoni fuq quddiem 17-5. Depiro komplew ikabbru l-vantaġġ fit-tieni sessjoni bi trippli minn Samantha Brincat u Francesca Biancho. Għal Hibs kien hemm it-trippli tal-captain Lucienne Bezzina  pero’ Depiro baqgħu b’vantaġġ komdu wara punti minn Zammit u De Martino. L-aħħar baskets ġew minn Sagna u Elena Cassar għal Hibs biex fl-intervall Depiro żammew il-vantaġġ ta’ 12 –il punt 35-23.

Fit-tielet sessjoni Depiro żiedu d-distakk mal-avversarji wara li Zammit għamlet trippla flimkien ma’ basket ieħor minn Biancho. Hibs wieġbu bi break ta’ 8-0 biex naqqsu d-distakk għal 6 punti 34-40. Sa’ tmiem is-sessjoni Bezzina għamlet it-tielet trippla tagħha biex id-distakk niżel għal 5 punti. Il-partita sbieħet ferm fl-aħħar sessjoni u fil-ħames minuta Bezzina għamlet żewġ trippli konsekuttivi biex naqqset id-distakk għal punt 49-50. Hawn Depiro kellhom fażi mportanti u għamlu ħames punti mingħajr risposta minn De Martino u Belcher u minkejja li kien hemm basket ieħor minn Bezzina, kienu Depiro li għamlu l-aħħar ħames punti tal-partita 62-52.

 

Depiro: A. Mifsud, G. Mifsud, F. Biancho 7, S. Brincat 16, M. Bonnett, S. De Martino 12, M. Mifsud, M. Scicluna, L. Belcher 20, C. Camilleri, S. Micallef, B. Zammit 7.

Hibs: J. Scerri, E. Cassar 6, R. Scerri, L. Bezzina 18, F. Mifsud, M. Desira 2, A. Borg 5, N. Mifsud 2, E. Micallef, J. Borg Cardona 5, K. Soume Sagna 14.

Referees: Alfred Carbonaro, Emmanuel Mangani.

 

Honey Athleta 45

Luxol 66
(9-16)(10-20)(16-18)(10-12)

 

Ic-champions Luxol wieġbu għar-rebħa tad-Depiro aktar kmieni meta kisbu rebħa komda fuq Honey Athleta 66-45. Luxol bdew jinqatgħu sewwa mill-avversarji minn nofs it-tieni sessjoni ‘l quddiem biex  Athleta sofrew ir-raba’ telfa tal-kampjonat. Athleta kienu mingħajr Madeline De Martino u Gulia Muscat fil-waqt li Ina Medina kienet nieqsa għal Luxol. Il-partita damet xi ftit ma ngranat tant li wara ħames minuti Luxol kienu basket minn fuq 6-4. Wara punti minn Mandi Sciortino għal Luxol, Aleksandra Ratomska għamlet trippla għall-Athleta pero n-naħa l-oħra kien hemm oħra minn Sarah Pace biex Luxol temmew is-sessjoni 16-9 minn fuq. Fl-ewwel minuti tat-tieni perjodu ż-żewġ timijiet wieġbnu lil xulxin  u trippla ta’ Leanne Sciberras rat lil Athleta jaslu sa’ basket ‘l bogħod 18-20. Hawn Luxol għamlu run sabiħa ta’ 16-2 b’punti minn Pace flimkien ma’ Mollie Williams u Paula Ellul biex daħlu jistrieħu 36-19 minn fuq.

Wara l-intervall Luxol komplew iżidu l-vantaġġ bi trippla ta’ Becky Naudi u baskets ta’ Kay Portelli u Williams għal skor ta’ 45-21. Mil-ħames minuta ‘l quddiem bdew ġejjin baskets fuq kull naħa flimkien ma’ trippla ta’ Greta Zarb. Ratomska kompliet tagħmel il-punti tal-Athleta pero d-distakk bejn iż-żewġ timijiet kien għadu sostanzjali bil-Luxol fuq quddiem 35-54. Athleta rnexxielhom jibdew l-aħħar sessjoni bi break qasir ta’ 6-2 pero’ Luxol wieġbu bi break ta’ 10-0 qabel ma Claire Ciantar għamlet l-aħħar punti tal-partita favur Athleta għal skor finali ta’ 66-45.

 

Honey Athleta: A. Ratomska 15, J. Xuereb, L. Calleja 2, L. Sciberras 13, M. A. Duca, E. Vella 2, R. Sciberras, D. Jager, C. Ciantar 6, C. Mifsud 7.

Luxol: S. Pace 7, M. Sciortino 11, B. Naudi 7, J. B. Gaerty, G. Zarb 11, P. Ellul 8, M. Williams 18, D. Muscat, M. Darmanin 2, K. Portelli 2.

Referees: Alfred Carbonaro, Clive Terribile

 

Klassifika Kampjonat St. James Hospital Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Depiro

6

5

1

11

467

296

Luxol

5

5

0

10

375

255

Hibs

5

3

2

8

267

260

Alyssa Ashley Loyola

5

3

2

8

320

310

Honey Athleta

5

1

4

6

257

324

PhoenixPetrus Pizza Qormi

5

1

4

6

269

334

Starlites Sports Experience

5

0

5

5

180

356

 





Leave a comment