L-ewwel rebħa għac-Champions Caffè Moak Luxol

Monday, January 22, 2018, 17:06

Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa

minn Colin Schembri

Caffè Moak Luxol 57

Hibernians 50

(12-14)(20-11)(13-18)(12-7)

Ic-champions Caffè Moak Luxol irnexxielhom jieħdu l-ewwel rebħa tagħhom fil-kampjonat meta għelbu lil Hibernians 57-50. Luxol ippreżentaw l-aħħar żewġ akkwisti tagħhom fejn irreġistraw lil player tas-sena tal-istaġun li għadda Christina Grima u kellhom ukoll l-Amerikana ġdida Maria Brown tagħmel id-debutt tagħha. Hibs kellhom il-formazzjoni tipika tagħhom bl-eċċezzjoni ta’ Kaya Calleja li kienet nieqsa. Hibs fetħu tajjeb bi break ta’ 7-2 bi trippla ta’ Sam Brincat u baskets ta’ Rachel Kehoe u Julia Scerri. Ir-risposta ta’ Luxol ġiet bi break ta’ 10-0 mibdi bi trippla ta’ Christina Curmi flimkien mal-ewwel punti ta’ Brown, Sarah Pace u Kay Portelli. Hibs reġgħu rkupraw fejn għamlu l-aħħar seba’ punti fosthom trippla ta’ Silvia Gambino u temmew il-perjodu basket minn fuq 14-12. Fit-tieni taqsima, Luxol bdew b’run oħra ta’  10-3 bit-tieni trippla ta’ Curmi u marru fuq quddiem 22-17. Hibs waqqfuhom b’basket ta’ Sophie Abela qabel ma Luxol għaqqdu seba’ punti oħra. Hibs ġew lura bi trippla ta’ Brincat, għalkemm Pace ukoll wieġbet għal Luxol li fl-intervall kienu 32-25 minn fuq.

Fit-tielet taqsima, Hibs ħarġu aħjar u bdew inaqqsu mill-iżvantaġġ li kellhom u għal darbtejn waslu sa’ punt ‘l bogħod. Punti ta’ Scerri u Gambino poġġewhom fuq quddiem bil-Luxol iwieġbu bi trippla ta’ Grima li finalment bdiet tikseb il-punti wara bidu kwiet u baqgħu fuq quddiem 45-43. Fl-aħħar sessjoni Hibs ma rnexxielhomx jerġgħu jieħdu l-vantaġġ u l-aktar li waslu kien sa’ basket ‘l bogħod wara punti minn Gambino. Luxol għalqu l-partita b’basket ta’ Grima u trippla ta’ Pace biex ħadu l-ewwel rebħa 57-50.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 14, N. Vella, I. Baena Medina 4, N. Vella 2, C. Grima 17, K. Portelli 3, L. Caruana Montaldo, M. Brown 6, C. Solllami, M. Darmanin, C. Curmi 13.

 

Hibs: E. Micallef, E. Cassar, S. Gambino 16, S. Brincat 8, I. Agius, J. Abela, S. Abela 3, K. Caruana, N. Farrugia, R. Kehoe 12, J. Scerri 11.

Referees: Emanuel Mangani, Nicky Azzopardi, Ivica Simic.

Depiro 59

Starlites GIG 62

(6-13)(15-11)(14-17)(24-21)

Starlites GIG baqgħu bla telfa però kellhom jitħabtu biex jegħlbu l-isfida ta’ Depiro 62-59. Depiro offrew sfida denja minkejja n-nuqqas tal-Amerikana tagħhom Alexis Lloyd li kellha tmur lura pajjiżha għal raġunijiet familjari. Starlites kellhom lil Kim Pirotta u Jaelle Micallef neqsin u posthom ħaduh Michela Zammit Cordina u Mikela Riolo. Starlites bdew il-partita bil-punti ta’ Kristy Galea u Patricia Arguello li rebħet l-unur tal-BOV player tax-xahar għal Diċembru. Wara risposta minn Depiro permezz ta’ Tina Mifsud u Justine Xuereb, Starlites komplew b’żewġ trippli minn Arguello biex temme l-ewwel sessjoni 13-6 minn fuq. L-Ispanjola kompliet fil-bidu tat-tieni sessjoni b’żewġ three pointers oħra flmkien ma’ baskets ta’ Adriana Lupo biex Starlites kabbru l-vantaġġ 22-6. Dan il-vantaġġ ma qatax qalb il-players ta’ Marko Zloh hekk kif Steffi De Martino bdiet tiddefendi lil Arguello u Depiro għamlu run ta’ 13-0 fosthom trippla minn Nicole Agius biex waslu sa’ 3 punti ‘l bogħod mill-avversarji 19-22. Starlites setgħu jagħmlu biss żewġ freethrows minn Arguello però kienu biżżejjed biex huma jidħlu jistrieħu 3 minn fuq 24-21.

Wara l-intervall, iż-żewġ timijiet fetħu bil-punti tagħhom biex Starlites baqgħu 2 minn fuq 28-26. Hawn però l-players ta’ David Baudot kellhom mument tajjeb b’run ta’ 10-0 primarjament minn Galea flimkien ma’ Marilou Cutajar u Stephanie Davies biex reġgħu marru 12 minn fuq 38-26. Depiro ma ċedewx u wieġbu bil-punti ta’ De Martino, Agius u Maria Bonett u naqqsu d-distakk bin-nofs 35-41. Fl-aħħar sessjoni, Depiro rnexxielhom jagħmlu l-iskor indaqs wara punti minn Xuereb, Agius u De Martino. Arguello wieġbet għal Starlites iżda Depiro komplew bil-mument tajjeb tagħhom u wara li għal darbtejn għamlu l-iskor indaqs permezz ta’ Bonett, basket ta’ De Martino poġġijhom fuq quddiem 53-51. Il-partita kellha tmiem mill-isbah hekk kif trippla ta’ Arguello poġġiet lil Starlites minn fuq però De Martino kellha risposta mmedjata biex Depiro baqgħu basket minn fuq 56-54. Trippla ta’ Davies dawwret l-iskor favur Starlites flimkien ma’ żewġ freethrows ta’ Arguello. De Martino għamlet trippla oħra biex naqqset id-distakk għal punt b’Arguello tagħmel punt ieħor. Depiro kellhom iċ-ċans li jsalvaw il-partita però l-aħħar ballu ta’ De Martino dar darbtejn mar-ring u ħareġ il-barra biex Starlites ħadu nifs qawwi u rebħu l-partita 62-59.

Depiro: M. Scicluna, T. Mifsud 2, C. Camilleri 6, M. Bonnett 15, S. De Martino 19, N. Agius 9, N. Agius, J. Xuereb 6, C. Ciantar 2.

 

Starlites GIG: M. Zammit Cordina 2, K. Galea 9, J. Doughty, S. Farrugia, H. Acreman 5, D. Revol, M. Riolo, P. Arguello 31, M. Cutajar 4, S. Davies 8, A. Lupo 3.

Referees: Bernard Vassallo, Stephen Micallef, Zvezdan Dobrosaviljevic 

Klassifika Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Starlites

4

4

0

8

243

202

Depiro

5

2

3

7

257

257

Hibs

4

2

2

6

199

203

Caffe Moak Luxol

4

1

3

5

195

217

Gżira Athleta

3

1

2

4

155

170





Leave a comment