L-ewwel rebħa Furjaniża

Tuesday, September 17, 2013, 9:42

minn Stephen Azzopardi

Tlett gowls fl-aħħar ħames minuti u Floriana ħadu l-ewwel rebħa tagħhom għas-spejjeż tal-Ġirbin.

L-ewwel azzjoni denja ta’ nota, ġiet fis-sbatax –il minuta.  Frikik mgħoti mill-captain Furjaniż Gary Muir eks Vittoriosa Stars u l-gowler ta’Vittoriosa Sean Cini ħareġ u salva.

Minuta biss wara, corner ta’ Clyde Borg, daqqa ta’ ras ta’ Brooke Farrugia u għal darb’oħra Cini salva. Fil-25 minuta xutt minn barra l-kaxxa ta’ Brooke Farrugia wara li rċieva mingħand Clyde Borg u laqat il-lasta l-wieqfa. Fit-32 minuta kellna risposta ta’ Vittoriosa.  Cross shot ta’ Marcelo Perreira lejn Oscar Dario Gerrero bil-ġirja tiegħu u Dan Handford ħareġ u kkontrolla bla problemi.

Fl-44 minuta kellna l-ewwel bidla meta kellu jidħol Adam Spoteri minflok Samir Arab għal Vittoriosa Stars. L-aħħar azzjoni fl-ewwel taqsima ġiet mingħand Floriana meta Clyde Borg ta ballun sabiħ lil Steve Pisani bix-xutt tiegħu li għadda minn quddiem il-lasta. L-ewwel bidla fit-tieni taqsima seħħet fit-53 minuta meta Daniel Bogdanovic ħa post Brooke Farrugia. Fil-55 minuta, ir-referee ħareġ għal ewwel id-darba l-karta safra lejn Adam Spiteri ta’ Vittoriosa Stars. Fil-61 minuta kellna bidla fuq kull naħa.  Igor Coronado ħa post Diogo Pinheiro De Souza għal Floriana u Gilbert Martin daħal minflok Siraj Arab Eddin għal Vittoriosa Stars. Fit-62 minuta Gary Muir qassam lil Bogdanovic fil-kaxxa bil-ballun għadda għoli. Fl-64 minuta għal Vittoriosa Ryan Mifsud daħal minflok Clive Spiteri li kien imweġġa’. Fid-69 minuta ġie ammonit Sacha Borg għal Floriana. Fis-73 minuta xutt angulat ta’ Steve Pisani li għaddi għoli. Fl-74 minuta Igor Coronado ta lil Clyde Borg u dan tal-aħħar laqat il-mimduda b’Cini megħlub. Fil-75 minuta xutt fil-baxx ta’ Steve Pisani għal Floriana u l-ballun għadda iħakkek mal-lasta l-wieqfa u mar barra. Fit-82 minuta reġa kellna ammonizzjoni oħra din id-darba lejn Gary Roberts ta’ Floriana.

Wara ħafna stennija, fit-88 minuta wasal l-ewwel gowl tal-partita.  Bogdanovic fetaħ l-iskor meta rċieva l-ballun mingħand Coronado u bix-xutt tiegħu minn tarf il-kaxxa tefa’ l-ballun fix-xibka. Fil-ħin miżjud kien għad fadlilna naraw żewġ gowls oħra.  Fil-91 minuta, Clyde Borg qassam lejn Steve Pisani li kien dahru lejn il-lasta u b’daqqa ta’ras b’lura għeleb lil Cini għat-tieni darba. Fl-aħħarnett, fit-tielet minuta ta’ ħin miżjud Gilbert Martin ġab waħdu lil Guerrero li minn taħt ħalq il-lasta skurja l-gowl tal-bandiera għal Vittoriosa Stars.

Il-plejer Furjaniż Clyde Borg gie magħzul bħala l-aqwa plejer tal-loghba.

 




Leave a comment