L-ewwel rawnd tal-Yamaha Gozo Motocross Championship

Friday, October 20, 2017, 9:38

Il-Gozo Motorcross Association organizzat l-ewwel rawnd tal–Yamaha Gozo Motocross Championship 2016/17 bil-parteċipazzjoni ta’ sewwieqa Għawdxin flimkien ma’ oħrajn Maltin.

It-tlielaq kienu kompettittivi hekk kif rajna kompetituri ta’ kalibru kbir jissieltu għall-ewwel tliet postijiet. Il-kompetizzjonijiet bdew fis-1pm, segwiti minn numru kbir ta’ spettaturi li għażlu li jqattgħu l-ħin tagħhom f’ Ta’ Xħajma jissapportjaw lil dawn is-sewwieqa u dan l-isport  tant maħbub.

Bħas-soltu kien hemm tliet klassijiet. Fi klassi A , darbtejn ċampjin Etienne Bigeni daħal fl-ewwel post segwit minn sewwieq Malti Stefan Dimech . Warajh fit-tielet post ġie Steve Xuereb segwit minn Robert Spiteri u Keith Bugeja.

Fil-kategorija B Nataniel Camilleri akkwista l-punti massimi bil-Yamah YZ 250cc filwaqt li  sewwieq Malti iehor, Brandon Slowe daħal fit-tieni post. Joseph Luke Gauci, li kien promoss minn klassi Ċ għall-klassi B spiċċa fit-tielet post segwit mill-qrib minn Godfrey Bigeni.

Fi Klassi Ċ rajna llil Matthew Buttigieg jiddebutta f’din il-klassi u huwa mar tajjeb ħafna hekk li akkwista punti massimi. Warajh daħal Anthony Fenech segwit minn Matthew Spiteri.

Fl-aħħar tal-ġurnata is-sewwieqa rebbieħa ngħataw trofew kull wieħed.

Gozo Motocross Association javża li t-tieni rawnd ta’ dan il-kampjonat issir nhar il-Ħadd 12 ta’ Novembru 2017.

Għal aktar informazzjoni wieħed għandu jżur il-paġna ta’ facebook fuq Gozo Motorcross Association

Ritratti ta’ Charlton Buttigieg





Leave a comment