L-ewwel rawnd mill-YAMAHA GOZO MOTOCROSS CHAMPIONSHIP 2017/18

Wednesday, October 11, 2017, 10:40

Nhar il-Ħadd li ġej, 15 ta’ Ottubru 2017, jibda l-kampjonat tal-Gozo Motocross Association 2017/18, fejn numru sabiħ ta’ sewwieqa ser jikkompetu flimkien għall-unur tal kampjonat. L-ewwel round jibda proprju nhar il-Ħadd li ġej fis-siegħa ta’ waranofsinhar, fit-trakka tax-Xħajma.

Wara s-suċċess tal-avveniment li l-assoċjazzjoni organizzat fil-lejl tas-Sibt 16 ta’ Settembru 2017, l-għaqda tinsab ċerta li l-istaġun ser ikun wieħed impenjattiv. Bil-għajnuna tal-kumpanija Gasan Zammit, bil-prodott tagħhom Yamaha u anke  bil-għajnuna ta’ kumpaniji oħrajn li jissapportjaw l-assoċjazzjoni, l-isport tal-muturi ġewwa Għawdex qiegħed dejjem jikber u jimxi ‘l quddiem. Din is-sena għandna numru ta’ sewwieqa ġodda li ser jipparteċipaw kif ukoll hemm numru ta inizjattivi li l-għaqda ser twettaq matul dan iż żmien li ġej.

Hija ta sfortuna illi ċ-ċampjin renjanti Mario Cauchi, mhux ser jipparteċipa fil-kampjonat ta dan l-istaġun, minħabba raġunijiet personali. Il-kumitat flimkien mal-membri jawguraw li Cauchi ma jdumx ma jerġa jingħaqad ma’ sħabu s-sewwieqa ħalli jkompli jagħmel aktar suċċess f’dan l-isport favorit tiegħu.

Għaldaqstant id-dilettanti tal-muturi huma mħeġġa biex nhar il-Ħadd li ġej jingħaqdu magħna fit-trakka tax-Xħajma ħalli nagħtu sapport u nkoraġġiment lis-sewwieqa li minbarra li huma jieħdu gost bl-isport favorit tagħhom, jagħtu gost lill ħaddieħor bil-wirjiet sbieħ li jafu jagħtu.

Għal aktar informazzjoni, żur il-paġna ta FB – Gozo Motocross Association.

https://www.facebook.com/gmagozo/





Leave a comment