L-ewwel ranking tournament tal-isnooker

Saturday, October 17, 2020, 16:36

Il-Ġimgħa filgħaxija fl-Akkademja tal-Isnooker fil-Ħamrun, intlagħbet il-finali tal-ewwel ranking tournament ta’ dan l’istagun organizzat mill-MBSA.

Din il-finali li kienet fuq l-aħjar minn 9 frames, intrebħet minn Brian Cini li għeleb lil Aaron Busutill bil-punteġġ ta’ 5 frames kontra 4.

Dan huwa l-iskor ta’ kull frame, Cini l-ewwel: 53-22 , 83-17, 36-73, 63-39, 16-94, 5-78 (53), 30-54, 130 (130)-0 u 105(61)-22.

Ir-referee kien Andrea Aquilina.

Fis-semifinali Brian Cini kien għeleb lil Chris Peplow bil-punteġġ ta’ 4-2, filwaqt li fis-semifinali l-oħra, Aaron Busutill għeleb lil Duncan Bezzina 4-0.

Ta’ min jinnota li din kienet it-tieni darba f’dan it-tournament li Brain Cini għamel break sabih ta’ 130.





Leave a comment