L-ewwel programm MOC OLYMPIC SPECIAL

Tuesday, November 1, 2011, 12:48

Minn nhar il-Hamis 3 ta’ Novembru ser jinghata bidu ghas-serje ta’ programmi MOC OLYMPIC SPECIAL b’taghrif , filmati u intervisti ta’ dak kollu li jkun qed isehh fi hdan il-Kumitat Olimpiku Malti.

MOC OLYMPIC SPECIAL ser ikun qed jixxandar fuq l-istazzjon Malta Stars tal-Melita Cable kull nhar ta’ Hamis mit-9.00 p.m ‘l quddiem.

Fl-ewwel program ser jixxandru bosta filmati ta’ dak li wettqu atleti Maltin minn 9 dixxiplini affiljati mal-Kumitat Olimpiku Malti u li hadu sehem fil-5 Edizzjoni tal-Mediterranean Friendship Games li saru f’Siracusa.Il-programm jinkludi wkoll intervisti mal-ufficjali li kienu fi hdan il-kontingent Malti kif wkoll mal-President tal-Kumitat Olimpiku Malti l-Imhallef Lino Farrugia Sacco.

MOC OLYMPIC SPECIAL ser jaghti wkoll harsa dwar is-successi miksuba minn atleti Maltin fi hdan il-KOM fl-ahhar edizzjoni tal-Loghob tal-Istati Zghar tal-Ewropa li saru f’Liechtenstein.

Il-programm ghandu produzzjoni u prezentazzjoni ta’ Vicky Licari b’filmati u muntagg ta’ Marjo Parascandolo.





1 Comment

  1. Richard Chetcuti says:

    As it going to be shown on cable tv, how come you are interested on olympics so why it will not be shown who have GO

    [Reply]

Leave a comment