L-ewwel MMF / FIA Institute Performance Master Class sessions

Tuesday, September 27, 2011, 18:45

Dak li beda 14- ilxahar ilu bhala holma, illum sehh u sar realta, qal il-President tal Malta Motorsport Federation is-sur Tonio Cini meta tkellem dwar l-ewwel  MMF /FIA Institute Performance Master class sessions ghaz-zghazagh.

L-MMF applikat ghal numru ta’ fondi minghand l-FIA Institute sabiex torganizza numru ta korsijiet, fosthom wiehed ghas-sewieqa ta’ bejn 16 u 24 sena.  L-applikazzjoniet tal-MMF intlaqaw tajjeb mill- FIA Institute u dan approvahom.  Il-Kunsill Malti ghall-Isport accetta li jghin lil MMF tkopri il-parti taghha tal-ispejjez u hareg madwar 25,000 Euro.

Is-sur Bernard Vassallo, Chairman KMS, qal li kien bi pjecir kbir li l-KMS dahlet biex tghin lill-MMF f’dan il progett innovativi u b’potenzjal kbir. Il-KMS emmnet f’dawn il progetti, u flimkien mal-FIA Institute, ghamluha possibli li jittellaw dawn il-korsijet sabiex nghinu lill-atleti Maltin jippreparaw lilhom infushom ahjar b’mod iktar professjonali.

L-isport, mhuwiex biss teknika, izda jinvolvi wkoll preparazzjoni soda f’affarijiet bhall-psikologija u preparazzjoni mentali, l-ezercizzju fiziku, nutrizzjoni u l-anti-doping.  Il-KMS jispera li dan il-kors ihalli effetti pozittivi u jkollu firxa ikbar fuq l-sport automobilistiku kollu.  Stqarr ukoll li jhoss li l-MMF qed tahdem fid-direzzjoni t-tajba sabiex tkatar dan l-sport tant popolari fil gzejjer Maltin u esprima li kemm il KMS u kif ukoll Is-Segretarjat Ghaz-Zaghazagh u Sport huma dejjem lesti li jghinu lill-MMF fil-futur.

Is-seminars illetaw bl-ghajuna tal Motor Sport Association Academy, li tiforma parti mill- MSA UK.  Il-kowcis tal-FIA Institute u MSA is-sur James Wozencroft, ex rebbieh tal World Rally Driver Champion, kif ukoll is-sur Greg Symes li huwa ufficjal li mexxa  British Formula 1 GP Kif ukolll Wales Rally GB, mexxaw dan it-tahrig.  il Performance Master Class Sessions intlaqaw tajjeb mid-19- il participant, li gejjin mid-dixiplini kollha tat-tlielaq fi hdan il-Federazzjoni.





Leave a comment