L-ewwel midalji għall-Malta fil-Judo u fl-Għawm

Tuesday, May 31, 2011, 21:28

Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa

Minn Sandro Micallef li qed jirraporta minn Vaduz Liechtenstein uffiċjalment għall-Melita Sports.

It-Tieni ġurnata tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar ġabet suċċess għal-kontinġent Malti hekk kif pajjiżna rebaħ total ta’ erba’ Midalji, li kienu tlieta minnhom tal-Fidda u waħda tal-Bronz.

Fil-Judo irbaħna tlett midalji fosthom il-Fidda ta’ Jeremy Saywell li tilef fil-Finali kontra ċ-Ċiprijott Andreas Krassas fil-kategorija tas-66kg. Fil-Judo wkoll fil-kategorija tas-60kg Brent Law kellu jikkuntenta bil-Fidda wara li tilef kontra Yan Siccardi ta’ Monaco. Fil-57kg Joanna Camilleri kella tikkuntenta ruħha bil-Bronz. Ta’ min isemmi li Marcon Bezzina weġgħet idha fl-ewwel bout tagħha li tilfitha u kella tiġġieled il-bouts ta’ wara b’injury. Hi xorta kienet viċin li tieħu l-Bronz fejn fl-aħħar 20 sekonda ikkomettiet foul u tat il-punti lill-avversarja. Wara nofsinhar Bezzina ittieħdet fi klinika sabiex tiġi assigurata l-kundizzjoni tagħha.

Il-Fidda l-oħra fil-ġurnata tat-Tlieta irbaħnieha permezz ta’ l-Għawn permezz ta’ Andre Chetcuti fil-100metru Freestyle f’ħin ta’ 51.98 fost ferħ kbir tal-atleti sħabu.

Ir-Riżultati kollha li kellna llum huma dawn:

Squash

Team tan-Nisa:

Malta  3-0  Monaco

Colette Sultana 3-0

Annabelle  Olivieri Munroe  3-0

Diane Desira  3-0

Team tal-Irgiel:

Malta  4-1  Monaco

Karl Camilleri  3-1

Mark Lupi tilef kontra Christophe Ballerio  1-3

Daniel Zammit Lewis  3-0

Joseph Desira  3-0

Brad HIndle Deguara  3-0

Għada: Malta vs Lussemburgu

 

Tennis

Individwali Nisa:

Elena Yetcheva (Malta)  għelbet lil Iris Staub (Iżlanda)  6-1,  6-1.

Fir-round li jmiss tiltaqa’ kontra it-tennista minn Liechtenstein Vogt irrenkjata 262 fid-Dinja.

Individwali Irgiel:

Nick Camilleri għeleb lil  Birkir Gunnarson mill-Iżlanda   6-1,  6-0

Mixed Doubles:

Kim Cassar u Matthew Axiaq  tilfu kontra  Louise Alice Gambarini / Benjamin Balleret (Monaco) 6-7,   6-4

 

Għawm

200metru Medley (Irġiel)

Andrea Agius (Record Nazzjonali) Hin: 2min 14sek 46 fejn tejjeb il-ħin li kien ta’ Ryan Gambin bi ftit aktar minn żewġ sekondi.

100metru Freestyle (Irgiel)

Andrew Chetcuti tejjeb ir-record personali. Hin: 52sekonda

200metru Backstroke (Irgiel)

Mark Sammut tejjeb ir-record personali. Hin: 2min 13sek 47

200metru Backstroke (Nisa):

Nicola Muscat kisbet ir-raba’ l-aħjar ħin minn żewg heats.

200metru Butterfly (Nisa

Davina Mangion kisbet ir-raba’ l-aħjar ħin minn żewġ heats.

200metru Butterfly Irġiel

Neil Agius kiseb il-ħames l-aħjar ħin minn 2 heats.

100metru Freestyle (Nisa)

Nicola Muscat is-sitt l-aħjar ħin u Talisa Pace  is-seba’ l-aħjar ħin.

Dawn kienu r-riżultati tal-ħinijiet tal-Maltin fil-Finali tat-Tlieta:

Nicola Muscat – 200 Backstroke, spiċċat ir-raba’ f’ħin ta’ 2:25.52

Mark Sammut – 200 Backstroke, spiċċa s-sitta f’ħin ta’ 2:13.35 (tejjeb il-ħin personali)

Davina Mangion – 200 Butterfly, spiċċat is-sitt post f’ħin ta’ 2:31.20

Neil Agius – 200 Butterfly, spiċċa l-ħames fħin ta’ 2:15.11 

Talisa Pace – 100 Freestyle, spiċċat is-sitt post f’ħin ta’ 1:00.79

Nicola Muscat – 100 Freestyle, spiċċat is-seba’ post f’ħin ta’ 1:00.92

Andre Chetcuti – 100 Freestyle, spiċċa t-tini post f’ħin ta’ 51.98

Neil Agius – 200 Medley, spiċċa s-seba’ f’ħin ta’ 2:15.68

Table Tennis

Kompetizzjoni tat-Timijiet Rawnd ta’ Kwalifikazzjoni

Fit-Table tennis tt-tim tal-irġiel rebaħ logħba u tilef tnejn biex b’hekk ġie eliminat. It-tim tan-Nisa tilef logħba u rebaħ tnejn, u għada jonqsu jilgħab logħba oħra kontra Monaco.

 

Beach Volley Nisa

Malta  v Andorra 2-0

(21-13  / 21-8)

Gertrude Zarb / Alison Borg

Għada:  Malta vs Lussemburgu

Judo

Kategorija 66kg:

Jeremy Saywell tilef il-Finali għad-deheb kontra ċ-Ċiprijott Andreas Krassas

Kategorija 60kg:

Brent Law rebah il-Fidda u deheb mar għand Yan Siccardi ta’ Monaco. Law kien ħa l-Bonż sentejn ilu.

Kategorija 57kg:

Joanna Camilleri – Rebhet il-bronz eżatt bħal sentejn ilu.

Kategorija 63kg:

Marcon Bezzina weġgħet waqt l-ewwel ġlieda tagħha. Rebħet ġlieda u tilfet tlieta. Hi kienet ħadet Bronz sentejn ilu.

 

Ċiklizmu

Dizappunt fiċ-Ċiklizmu tat-triq hekk kif Malta spiċċat fl-aħħar post minn seba’ pajjizi, b’Dave Millar jibqa’ ma jingħaqadx mat-tim Malti għal dan il-logħob. L-Aħjar tim kien il-Lussemburgu, segwiet minn Liechtenstein u San  Marino rispettivament.

L-aħjar ħin mill-Maltin kien ta’  Maurice Formosa (sagħtejn u 39minuta, 6 sekondi punt 76) li pero’ overall spiċċa fil-21 post minn 27 ċiklist li spiċċaw it-tiġrija. Etienne Bonello spiċċa fit-23 post, David Galea fl-24 u Jason Vella fis-27 post.

Nhar il-Ħamis ikun imiss il-kompetizzjoni Time Trial.

 

Sparar

It-tiratur William Vella falla li jirbaħ il-midalja tal-bronz li kien rebaħ sentejn ilu wara shoot off  mat-tiratur minn Liechtenstein Michael Mattle.

Vella irnexxielu jikkwalifika għall-finali mill-isparatura ta’ filgħodu meta saħansitra kien fit-tielet post. Fil-Barrage finali baqa’ jzomm it-tielet post sal-ħames sparatura.

Fl-aħħar sparatura il-punteġġ bejn Vella u t-tiratur minn Liechtenstein spiċċa indaqs u għalhekk kollox kellu jiġi deċiz b’shoot off. Hawnhemm l-avversarju għamel punteġġ sabiħ ta’ 10.5, filwaqt li Vella kellu l-agħar tir tal-kompetizzjoni: 7.9, biex il-bronz mar għand Mattle ta’ Liechtenstein.   Il-midalja tad-deheb intrebħet mit-tiratur l-ieħor ta’ Liechtenstein Kessler.

Air Rifle Nisa

Marianna Kisvardai li qed tirrapreżenta lil Malta spiċċat fit-tmien post minn għaxar tiraturi. Id-Deheb rebħitha Carole Calmes mill-Lussemburgu.

Andrew Chetcuti fuq il-Podju bl-ewwel midalja fl-Għawm
Andrew Chetcuti fuq il-Podju bl-ewwel midalja fl-GħawmRitratt Robero Runza www.robertorunza.com





Leave a comment