L-ewwel kors tal-beach handball f’Malta

Monday, July 15, 2013, 12:55

Fi tmiem il-gimgha li ghaddiet, players, coaches, referees u delegati hadu sehem fl-ewwel kors tal-beach handball li gie organizzat mill-assocazjoni tal-handball Maltija bil-kooperazjoni tal-federazjoni internazzjonali tal-handball. Il-kors kien maqsum f’4 sessjonijiet fejn saru 2 sessjonijiet ta teorija fejn inghataw dettalji dwar ir-regoli kif ukoll it-tattici tal-loghba filwaqt li izzewg sessjonijiet l-ohra ta prattika saru f’Golden Bay fejn il-partecipanti setaw jipprattikaw dan lisport.

Il-kors kien immexxi minn Panos Antoniou, li huwa rapprezentant tal-Beach handball working group fi hdan il-federazjoni internazzjonali tal-handball u minn Fernando Posada Novoa li kien coach tat-tim nazzjonali Spanjol. Il-President tal-assocazjoni tal-handball Maltija Louis Borg stqarr li peress li il-beach handball hija loghba facli hafna tilghaba u attraenti ghal-kulhadd jawgura li dan l-isport izid l-interess f’Malta filwaqt li jibdew jintlaghbu kompetizjonijiet nazzjonali f’dan l-isport.





Leave a comment