- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

L-ewwel impenji ghal Alex Borg fil-World Snooker Main Tour

Posted By Sportinmalta On June 3, 2016 @ 11:21 am In Billiards/Snooker,Featured,Other | No Comments

Gavin Muscat

Il-plejer professjonali Malti tas-Snooker Alex Borg illum iħalli Malta biex jibda l-impenji tiegħu fil-Main Tour organizzat mill-World Snooker wara li l-ġimgħa l-oħra huwa kkwalifika minn tournament ta’ kwalifikazzjoni li sar f’Burton Upon Trent, l-Ingilterra. Borg ingħata Main Tour Card fejn se jkun jista’ jikkompeti fit-tournaments professjonali għas-sentejn li ġejjin, 2016/17 u 2017/18.

Borg jibda l-impenji tiegħu din il-gimgħa meta jsiru l-logħob ta’ kwalifikazzjoni ta’ tlett ranking turnaments li l-logħob tagħhom se jintlagħab gewwa l-Guild Hall fi Preston l-Ingilterra. L-ewwel impenn ta’ Borg ikun għada fl-Indian Open meta fit-8pm huwa jiltaqa’ kontra Sam Baird. Nhar l-Erbgħa Borg jilgħab logħba ta’ kwalifikazzjoni mill-World Open meta fis-2.30pm huwa jiltaqa’ kontra Peter Ebdon. Nhar il-Gimgħa imbagħad huwa jilgħab logħba ohra ta’ kwalifikazzjoni din id-darba mir-Riga Masters u tkun kontra Jack Lisowski. Din il-logħba tibda fl-10am. Ir-rebbieha ta’ dawn il-logħbiet jikkwalifikaw għall-fazi finali tat-tliet turnaments rispettivi li jintlagħbu gewwa l-Indja, ic-Cina u l-Latvja fix-xahrejn li gejjin.

Mill-Ingilterra Borg imur gewwa Vilnius fil-Litwanja biex jiltaqa’ mat-tliet plejers Maltin Brian Cini, Jason Peplow u Ivan Attard fejn minn nhar is-Sibt li gej huma se jiehdu sehem fil-Kampjonati Ewropej tat-Timijiet u dawk tal-Masters. Aktar dettalji dwar dawn il-Kampjonati jintbgħatu matul din il-Gimgħa.

Il-kalendarju tal-Main Tour għall-istagun 2016/17 jista’ jinkiseb billi tidhol fil-link tal-World Snooker: http://www.worldsnooker.com/full-calendar/

Alex Borg


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/l-ewwel-impenji-ghal-alex-borg-fil-world-snooker-main-tour/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.