L-ewwel ġurnata tat-Tour ta’ Malta 2017

Monday, April 10, 2017, 20:55

Gavin Muscat

F’temp idejali ngħata bidu għat-23 Edizzjoni tat-Tour ta’ Malta tac-Ciklizmu, bl-ewwel ġurnata quq distanza ta’ 12 il-kilometru kontra l-ħin, fil-korsa mal-kosta tas-Salina u Bahar ic-Cagħaq. Numru rekord ta’ ciklisti hadu sehem. Dawn gew minn seba’ klubbs lokali flimkien ma’ sittax ohra barranin, filwaqt li kien hemm numruiehor t’ ciklisti li gew min n diversi pajjizi Ewropej. Din l-ewwel ġurnata gabet sodisfazzjonijiet kbar mic-ciklisti Feminili Maltin fejn fost numru sabih ta’ 24 ciklista, spiccat l-ewwel Michelle Vella Wood (Team Greens) f’ħin ta’ 23:29.61. Fit-tieni post spiccat ciklista ohra Maltija, Marie Claire Aquilina wkoll tat-Team Greens f’ħin ta’ 23:46.62. L-Ingliża Stephanie Mottram ta’ NCC Group Iwota Torelli daħlet it-tielet f’ħin ta’ 24:12.25.

Il-Kategorija tal-Masters intrebhet mill-Grieg Lukas Katapodis tal-Klubb Pigasos f’ħin ta’ 22:01.75. Huwa kien segwit mil-Ingliż James Stewart tal-Bonito Squadra Corse f’ħin ta’ 22:02.74, filwaqt li l-Malti Michael Camilleri tat-Team Greens spicca t-tielet f’ħin ta’ 22:09.12.

L-attenzjoni principali kienet fuq il-kategorija Elite fejn fl-ewwel post dahal Matthew Davies (Rħino Velo Race Team) f’ħin ta’ 21:15.84. Huwa kien segwit minn Thomas Strand (Velostrada Test Team) f’ħin ta’ 21:23.47 u William Brown (Brother NRG Driveplan) f’ħin ta’ 21:27.84. Il-Malti Etienne Bonello (Team Greens) spiċċ r-raba’ f’ħin ta’ 21:36.18.

Fi tmiem l-istadju, Claudio Lattanzio, ġurnalista/fotografu tal-Agenzia Ansa, Fernando Ranalli, President tal-Federazjoni Ciklistika tal-Provincia t’Aquila u Tonio Brigulio, Membru tal-Kumitat Organizzattiv ipprezentaw il-midalji u l-flokk l-aħmar lir-rebbieħa overall.

It-Tour ta’ Malta jkompli għada bit-tieni tappa li ser tkun tigrija ta’ 83.3 kilometru fuq il-By-Pass ta’ San Pawl, filwaqt li t-tielet tappa  tas-Sibt fuq distanza ta’ 60 kilometru ser issir fuq ic-wit tan-Nadur, Għawdex. Ir-raba’ u l-aħħar tappa ser issir il-Ħadd fuq distanza ta’ 88 kilometru fuq ic-ċirkwit ta’ San Martin.





Leave a comment