L-ewwel edizzjoni tas-Super Cup tal-Futsal

Wednesday, August 29, 2012, 16:09

minn Josef Galdes

FMA President Donald Spiteri - Photo Joe Borg

Għall-ewwel darba f’pajjiżna se tkun qed tiġi organizzata s-Super Cup tal-Futsal lokali, dan ġie żvelat waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret kmieni illum wara nofsinhar mill-Futsal Malta Association fejn tkellem il-President tal-assoċċazzjoni s-sur Donald Spiteri.

Dan ta dettalji dwar il-logħba tas-Super Cup li ser tintlagħab nhar t-Tnejn li ġej 3 ta’ Settembru fis-7.30pm, fejn ser tkun ġurnata storika għal Futsal Malti li għall-ewwel darba ser tintlagħab din il-kompetizzjoni bejn Balzan u Lija fejn hija mistennija attendenza numeruża.

L-Assoċċjazzjoni tal-Futsal hija t-tieni l-ikbar Assoċċjazzjoni f’Malta fejn hija komposta minn 40 team li jiffurmawha. Skond Spiteri il-clubs tal-Futsal qed japprezzaw ix-xogħol li qed isir mill-Assoċċjazzjoni. Spiteri kompla billi irringrazzja lil Malta Football Association speċjalment lil President Normann Dermanin Demajo għall-għajnuna speċjalment finanzjarja. Hu rringrazzja wkoll lil Bjorn Vassallo anki approva l-budget finanzjarju li l-FMA ippreżżentat lil MFA, fejn ser issir xogħol ta’ manutenzjoni u tisbieħ fil-Padiljun sportiv ta’ Kordin.

FMA Gen Secretary Alex Falzon - Photo Joe Borg

Spiteri żied jgħid li hija ħasra li fil-preżent m’hawnx post ieħor fejn jintlagħab il-futsal u mhux aċċettabli li jkollok nofs it-timijiet li jilgħabu barra, jekk jibqa jsir hekk ma nistgħux nimxu ‘l quddiem. Apparti dan il-futsal Malti ilu mwaqqaf għal madwar 12 -il sena fejn minkejja kollox bqajna lura meta kkumparati ma’ pajjiżi oħra bħad-Danimarka fejn għandhom 7 grounds indoor fejn jilgħabu.

Fattur ieħor importanti li hawn madwar 85% ta’ players li għandhom madwar 18 u 20 sena li qed jintilfu, għaldaqstant l-Assoċċjazzjoni qed tħares ‘il quddiem biex madwar sentejn oħra jitwaqqaf is-settur tal- youths. Għaddejjin diskussjonijiet ukoll mas-Segretarju Parlamentari tal-Isports Clyde Puli għall-Venue ieħor fejn jista’ jintlgħab il-Futsal.

Tkellem ukoll il- Viċi President il-Perit Mark Borg fejn kompla ma li qal il-President li huwa fondamentali li l-FMA iżżied il-komunikazzjoni mal-media. Hu rringrazzja tal-għajnuna lill-MFA speċjalment dik finanzjarja. Il-Perit Borg tenna li kien hemm ukoll tibdil fl-istatut għal ġid ta’ kulħadd, minkejja li jista’ jagħti l-każ li l-istatut għadu mhux perfett:

The Panel of today's Press Conference. First from left is FMA Vice President Mark Borg - Photo Joe Borg

Fost ir-regolamenti l-ġodda wieħed isib :

1 Player Ametuer jista jilgħab din il-logħba ma kwalinkwe Club u m’hemmx għalfejn iġieb permess mit-tim oriġinali tiegħu,

2 M’hemmx limitu ta’ kemm kull club  jista’ jirreġistra barranin.

3 Ma jistgħux isiru transfers jew loans matul l-istaġun għaldaqstant player jista jirreġistra ma’ club wieħed biss fi staġun.

Finalment ittelgħu il-poloz tan-Knock Out għal dan l-istaġun fejn kienu biss 27 team li ħadu sehem bil-poloz irriżultaw hekk:

Data            Ħin     Round          Home           Away

7/9/12                   8pm  preliminari    Żejtun          Vittoriosa

13/9/12        19.45           1        Żejtun/vittoriosa vs Balzan

13/9/12        21.15           1        Lija vs Marsa

14/9/12        8pm             1        Pembroke vs Birżebbuġia

14/9/12        21.30           1        Ħamrun vs Sirens

15/9/12        13.45           1        Mqabba vs San Ġwann

15/9/12        15.00           1        Mosta vs Qrendi

15/9/12        16.15           1        Hibernians vs Żurrieq

16/9/12        10.30           1        Swieqi vs St.Andrews

16/9/12        11.45           1        Tarxien vs Ta’Xbiex

16/9/12        14.00           1        Mdina vs Msida

18/9/12        19.45           1        Melita vs Zejtun/Vittoriosa/Balzan

18/9/12        21.15           1        Valletta vs Lija/Marsa

20/9/12        19.45           1        Sliema vs Pembroke/Birżebbugia

20/9/12        21.15           1        Għarghur vs Hamrun/Sirens

29/9/12        13.45           1        Floriana vs Mqabba/San Ġwann

29/9/12        15.00           1        Qormi vs Mosta/Qrendi





2 Comments

  1. Andre Tabone says:

    Fejn huma il-ground indoor li qed issemmi?
    Hawn veru bzonn li jinbnew min ta l inqas 4 padiljuni ohra ghax veru ma hawnx fejn titrenja. Il-futsal veru li kiber u dahal tajjeb hafna pero qed jeqred ukoll sport iehor bhal basketball netball u volleyball li kollha jittrenjaw gewwa ukoll.

    [Reply]

  2. Joe Galea says:

    jidher li ccaqlaqna ftit fix-xena tal-futsal hawn Malta. f’din il-loghba probabilment nistaw naghmlu iktar hoss mil-11 a side. hemm bzonn ta iktar investiment jahasra. u awn daqstant grounds indoor u possibli ma jistawx jintuzaw?

    [Reply]

Leave a comment