Tnejn deheb għall-Malta mill-Isquash

Thursday, June 2, 2011, 16:48

Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa

Minn Sandro Micallef li qed jirraporta minn Vaduz Liechtenstein uffiċjalment għal Melita Sports.

Hekk kif kien mistenni l-ewwel Deheb għall-Malta wasal mill-Isquash permezz tat-tim tan-Nisa li permezz ta’ logħob sabiħ u perfett irenexxielhom jgħelbu l-isfida tal-pajjiżi l-oħra u spiċċaw il-grupp mhux megħluba.

Xeni ta’ ferħ wara l-partita li llum irbaħna kontra Ċipru u kontra Liechtenstein li t-tnejn irbaħnihom 3-0.

Deheb ukoll mit-Tim tal-irġiel li wkoll kellna forza kbira bi players ta’ kwalita’.

Issa wara dawn il-midalji qedgħin nittamaw li l-iSquash itina midalja oħra fejn hemm ċans kbir anke għad-deheb bis-singles fejn għajnejn kulħadd huma fuq Brand Hindle Deguara li jilgħab dan l-iSport b’mod prefessjonali. 

Nisa

Malta         3-0             Cipru

Malta         3-0             Liechtenstein

(Tim Malti kien kompost minn Theresa Brousson / Diane Desira / Annabelle Olivieri Munroe / Johanna Rizzo / Colette Sultana)

Irgiel  

Malta         3-2              Andorra

 Malta         2-3             Liechtenstein

(Tim malti kompost minn Karl Camilleri / Jospeh Desira / Nigel Dunkerly / Brad Hindle Deguara / Mark Lupi / Daniel Zammit Lewis)

 Sfortuna għall-plejer Jospeh Desira li wegga’ u kellu jaghti walk over.

Ara hawn taħt is-servizz ta’ aġġornament dwar il-ġurnata tal-bieraħ li deher fuq Malta Stars

http://www.youtube.com/watch?v=n7Q_OFcdgmw

Ritratt Edmund Curmi

Ritratt Edmund Curmi





Leave a comment