L-ebda sorpriża fl-ewwel ġurnata

Wednesday, November 14, 2012, 9:36

minn Colin Schembri

KAMPJONAT ST. JAMES HOSPITAL NISA

 

Alyssa Ashley Loyola 70

Starlites Sports Experience 49

(16-10)(19-6)(15-18)(20-15)

 

Loyola vs Starlites

Loyola vs Starlites

Din il-partita fetħet il-kampjonat Saint James Hospital tan-nisa u Alyssa Ashley Loyola, finalisti telliefa fl-istaġun li għadda, bdew b’rebħa fuq Starlites Sports Experience 70-49. F’din il-partita kellna referee Franċiż jikkontrolla flimkien ma Clive Terribile – Jaques Abeng. Għal Loyola, kollox jindika li se jkomplu l-istaġun mingħajr Christina Grima fil-waqt li rritornat minn injury l-Amerikana Brietta Thomas. Għal Starlites kienet nieqsa Christine Scicluna li marret ma Phoenix. Il-bidu tal-partita ra lil Starlites imorru minn fuq 8-2 wara punti minn Marilou Cutajar, Ariana Grixti u Samantha Tabone. Hawn bdew ġejjin il-punti ta’ Thomas Justine Mangion u Loyola għamlu run ta’ 14-2 biex spiċċaw l-ewwel sessjoni minn fuq 16-10. Fil-bidu tat-tieni perjodu l-istorja ma nbidlitx u Loyola komplew bi break ieħor ta’ 11-0 b’Thomas tagħmel trippla u fetħu vantaġġ ta’ 17 –il punt 27-10. It-taqsima kompliet bi 3 baskets fuq kull naħa qabel ma Loyola għamlu l-aħħar punti biex daħlu jistrieħu 35-16 minn fuq.

Fit-tielet perjodu Starlites fetħu bi 8 punti għal 4 li għamlu Loyola li komplew b’sitt punti oħra qabel ma Starlites għamlu run oħra ta’ 8-0 biex naqqsu d-distakk għal 11 –il punt 32-43. Hawn pero’ Loyola għamlu reazzjoni b’seba’ punti mingħajr risposta u temmew is-sessjoni 50-34 minn fuq. Fl-aħħar sessjoni kien hemm iktar bilanċ bejn iż-żewġ timijiet speċjalment fil-bidu u kien hemm trippla fuq kull naħa minn Lyndsey Pirotta u Thomas. Loyola għamlu l-aħħar 7 punti tal-partita biex ħarġu rebbieħa 70-49.

           

Alyssa Ashley Loyola: P. Montanaro, J. Doughty 2, M. Gatt 2, D.Said Hollier 11, K. Tonna 4, A. Bonanno 4, J. Mangion 5, B. Thomas 34, SJ Barbara 10, F. Camilleri

Starlites Sports Experience: A. Farrugia 6, C. Riolo, A. Grixti 4, S. Tabone 6, L. Pisani, S. Cutajar 2, L. Pirotta 9, N. Attard 6, M. Scicluna, M. Cutajar 16.

Referees: Clive Terribile, Jacques Abeng.

 

Phoenix Petrus Pizza Qormi 58

Depiro 89
(9-25)(17-11)(17-25)(15-28)

 

Depiro bdew l-impenji tagħhom fil-kampjonat b’rebħa fuq Phoenix Petrus Pizza Qormi 89-58. Depiro kellhom l-iskwadra kompluta fil-waqt li Phoenix kellhom nieqsa lil Adriana Demanuele. Pero’ huma kellhom lill-aħħar akkwisti Christine Scicluna, Yanika Agius u fuq kollox l-Amerikana Brittaney Thomas jagħmlu d-debutt tagħhom. Dan kien l-għola punteġġ ta’ Phoenix dan l-istaġun  fejn il-player Amerikana għolliet il-livell tal-logħba tagħhom u zgur li se jkunu iktar kompettivi. Depiro bdew il-partita b’run ta’ 16-1 bi trippli minn Beverlee Zammit u Samantha Brincat. Phoenix wieġbu bi trippla ta’ Martha Abela flimkien ma’ punti minn Scicluna u Alexis Cutajar pero’ Depiro temmew l-ewwel sessjoni 25-9 minn fuq. Fit-tieni sessjoni Phoenix naqqsu d-distakk permezz ta’ basket u trippla ta’ Thomas bid-Depiro jwieġbu bil-punti ta’ Latisha Belcher u Brincat għal vantaġġ doppju 32-16. Phoenix għalqu s-sessjoni b’run ta’ 10-4 biex Depiro daħlu jistrieħu 10 minn fuq 36-26.

Fit-tielet sessjoni, aktar trippli minn De Martino u Brincat kompew iżidu l-vantaġġ ta’ Depiro. It-team ta’Adrian Mifsudkompla b’run oħra ta’ 10-0 biex kabbru d-distakk għal 19 –il punt 55-36. Thomas waqqfitilhom din ir-run bi trippla pero’ Depiro temmew is-sessjoni b’vantaġġ ta’ 18 –il punt 61-43. Phoenix fetħu r-raba sessjoni bi trippla ta’ Nicola Said pero’ r-risposta ta’ Depiro kienet immedjata b’żewġ trippli oħra ta’ Zammit u żewġ baskets ta’ Steffi De Martino f’run ta’ 10-0. Lejn tmiem il-partita ż-żewġ timijiet irrispondew lil xulxin biex Depiro ħarġu rebbieħa 89-58.

 

Phoenix Petrus Pizza Qormi: M. Abela 5, V. Agius, M.R. Agius, C. Scicluna 3, Y. Agius 1, D. Pace 2, N. Said 9, A. Cutajar 2, B. Thomas 34, J. Millo, A. Abdilla.

Depiro: E. Moore, G. Mifsud, F. Biancho 5, S. Brincat 16, M. Bonnett, S. De Martino 25, M. Mifsud, M. Scicluna, L. Belcher 22, A. Mifsud 6, S. Micallef, B. Zammit 15.

Referees: Gordon Barbara, Clive Terribile

 

Honey Athleta 41

Hibs 59
(3-13)(0-19)(15-10)(23-17)

 

Hibernians ukoll bdew l-impenji tagħhom fil-kampjonat b’rebħa meta għelbu lil Honey Athleta 59-41. Hibs li kellhom nieqsa lil Joselle Borg Cardona setgħu finalment jilgħabu lil player minn Senegal Khadi Soume Sagna li kellha debutt feliċi bi 28 punt, 19 –il rebound u 3 blocks. Athleta kellhom sessjoni diżastruża meta fit-tieni waħda ma rnexxielhom jagħmlu l-ebda punt. Wara bidu bilanċjat, Hibs irnexxielhom jieħdu vantaġġ żgħir 5-3. Dawn it-tlett puni tal-Athleta waslu minn Aleksandra Ratomska u kellhom ikunu l-uniċi punti tagħhom sal-intervall. Fil-fatt Hibs temmew l-ewwel perjodu b’run ta’ 8-0 b’Sagna tagħmel l-aħħar 3 baskets tagħhom. It-tieni sessjoni kienet kollha f’idejn il-Pawlisti li għamlu 19 –il punt fosthom trippli minn Lucienne Bezzina u Antoinette Borg biex fl-intervall kienu 32-3 minn fuq.

Wara l-intervall, it-team talk tal-coach tal-AthletaCharles Bonnicidehret li tista tħalli l-frott hekk kif Athleta bdew bi break ta’ 13-2 fosthom trippla minn Leanne Sciberras pero’ kienu għadhom 20 minn taħt 16-36. Bezzina u Sagna għamlu l-aħħar punti għal Hibs għal skor ta’ 42-18. L-aħħar sessjoni kienet l-aktar waħda missielta u ta’ skor għoli. Wara baskets fuq kull naħa, Athleta għamlu break qasir ta’ 8-2 segwit minn 4 punti ta’ Hibs minn Julia Scerri u Sagna. Athleta għamlu seba’ punti oħra mingħajr risposta biex naqqsu d-distakk għal 13 –il punt 38-51. Pero’ baskets ta’ Sagna u trippla ta’ Lucienne Bezzina raw lil Hibs jerġgħu jiftħu vantaġġ komdu biex baqgħu sejrin u rebħu l-partita 59-41.

 

Honey Athleta: M. De Martino 8, A. Ratomska 15, J. Xuereb 2, L. Calleja, L. Sciberras 13, M. A. Duca, G. Muscat, E. Vella, R. Sciberras, M.C. Cilia, C. Ciantar, C. Mifsud 3.

Hibs: J. Scerri 2, E. Cassar 6, M. Zammit, L. Bezzina 14, F. Mifsud, M. Desira 4, K. Gatt, A. Borg 5, N. Mifsud, E. Micallef, K. Soume Sagna 28.

Referees: Gordon Barbara, Luke Camilleri

 





Leave a comment