L-ebda sorpriża fl-ewwel ġurnata tal-Kampjonat

Wednesday, November 16, 2011, 10:21

minn Colin Schembri

 

KAMPJONAT TIENI DIVIZJONI IRGIEL

 

Athleta 58

Starlites 78

(12-20)(12-19)(24-17)(10-22)

Starlites bdew il-kampjonat b’rebħa fuq l-Athleta 78-58 fejn għal Athleta din kienet ir-raba’ telfa konsekuttiva wara li bdew l-istaġun b’rebħa fis-Shield. Għal Starlites idebutta Chris Borg fil-waqt li Athleta reġgħu kienu b’formazzjoni limitata biss għal seba’ players. Fil-fatt jidher li Adrian Baldacchino inaqgħad ma Floriana fil-waqt li John Muscat reġa’ mar lura ma Mellieħa. Starlites kellhom l-aħjar bidu bil-baskets ta’ Robert Loporto u Robert Bonnici biex marru 15-6 minn fuq. Athleta wieġbu qasir ta’ 6-0 pero Starlites għamlu l-istess biex temmew is-sessjoni 20-12 minn fuq. Fil-ftuħ tat-tieni perjodu kellna run sabiħa ta’ 13-0 minn Starlites li tathom vantaġġ ta’ 21 punt 33-12. Athleta wieġbu b’erba’ punti pero fl-intervall Starlites kienu għadhom 15 minn fuq 39-24.

Fit-tielet sessjoni Athleta naqqsu d-distakk għal 8 punti bi Clint Graham jagħmel tlett baskets konsekuttivi. Loporto reġa’ daħal fix-xena għal Starlites u kien protagonist f’run ta’ 10-2 flimkien ma Borg li reġat tathom vantaġġ ta’ 17 –il punt 56-39. Athleta ma ċedewx u reġgħu għamlu break ta’ 9-0 u r-raba’ sessjoni bdiet bi Starlites fuq quddiem 56-48. Athleta baqgħu bl-istess distakk sa nofs l-aħħar perjodu 56-63. Pero’ kif għamlu drabi oħra bdew jagħġġlu fl-atakki tagħhom biex waslet run oħra minn Starlites ta’ 15-3 li rathom joħorġu rebbieħa b’distakk t’20 punt 78-58.

Athleta: H. Soufain 2, T. Mifsud Bonnici 12, M. Krastev 18, C. Graham 15, M. Tong 5, M. Gauci Montalto 4, A. Azzopardi 2.

Starlites: B. Riolo 1, R. Loporto 33, R. Bonnici 20, C.Doublet, S. Bonnici 7, A. Cutajar, D. Sultana, C. Borg 6, A. Schembri, D. Deguara, A. Cutajar, F. Bartolo 11.

Referees: Gordon Barbara, Robert Darmanin.

Floriana YTC Travel 42

Bell Net SN Suns 91

(8-31)(13-20)(13-16)(8-24)

Bell Net SN Suns irkupraw mil-finali tas-Shield i bdew il-kampjonat b’rebħa konvinċenti fuq Floriana YTC Travel 91-42. Għal Floriana ddebuttaw l-Ispanjol David Garcia, il-Latvjan Rihards Polis u Adrian Pace u kien nieqes Lauren Pavia. Għal Suns ma kien hemm l-ebda tibdil fil-formazzjoni. Suns bdew bi tlett trippli konsekuttivi ta’ Michael Barberi b’Polis jagħmel oħra għal Floriana. Suns imbagħad għamlu run ta’ 15-2 b’iktar punti minn Barberi u Robert Mercieca biex għalqu s-sessjoni 31-8 minn fuq. Fit-tieni sessjoni bdew ġejjin ukoll il-punti tas-Serb Igor Marjanovic bi Floriana jirrispondu bl-ewwel punti ta’ Garcia. Trippla ta’ Trevor Grech bdiet run oħra ta’ 9-2 sa’ l-intervall favur Suns li daħlu jistrieħu 30 punt minn fuq 51-31.

Il-ftuħ tat-tielet perjodu reġa kien f’idejn Suns b’run oħra ta’ 10-0. Hawn Floriana dehru iktar u għamlu break qasir ta’ 7-0 biex imbagħad kien hemm punti fuq kull naħa għal skor ta’ 67-34 favur Suns. L-aħħar perjodu kien dominat minn Suns li bdewh bi break qawwi ta’ 16-0 u wara tlett baskets minn Floriana huma għalqu l-partita b’run oħra ta’ 15-0 u ħarġu rebbieħa 91-42.

 

Floriana YTC Travel: D. Garcia 10, O. Shamala 16, M. Sapiano, R. Manicaro, A, Pace 3, A. Barthet 2, M. Gauchi 2, R. Polis 5, S. Galea 4.

Bell Net SN Suns: K. Scicluna 11, R. Camilleri 7, H. Agius 11, M. Barberi 14, T. Grech 8, R. Mercieca 18, R. Camilleri 9, S. Cauchi 3, I. Marjanovic 10.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile

Siġġiewi 83

Miscela D’Oro Mtarfa 44

(22-11)(20-14)(22-7)(19-12)

Siġġiewi bdew il-kampjonat b’rebħa fuq Miscela D’Oro Mtarfa 83-44. Siġġiewi kienu mingħajr Lee Grech pero’ rritorna Kris Farrugia u Jean Falzon iddebutta għalijhom. Għal Mtarfa rritorna Joe Vella pero’ kienu nieqsa Clayton Farrugia u Ryan Galea. Siġġiewi mal-ewwel urew l-intenzzjoni tagħhom u bdew b’run ta’ 8-2. Darrel Schembri wieġeb għal Mtarfa pero lejn tmiem il-perjodu Siġġiewi għamlu run ta’ 11-2 fosthom trippla ta’ Clayton Agius. Huma komplew jagħfsu fil-ftuħ tat-tieni sessjoni b’run oħra ta’ 8-0. Wara punti minn Sean Baldacchino għal Mtarfa, Siġġiewi wieġbu bil-punti ta’ Matthew Shoults biex fl-intervall kienu 42-25 minn fuq.

It-tielet sessjoni bdiet b’erba’ punti fuq kull naħa qabel ma’ Siġġiewi għamlu break qawwi ta’ 20-2 fosthom it-tieni trippla ta’ Agius biex fi tmiem il-perjodu fetħu vantaġġ doppju 64-32. Fil-bidu tal-aħħar sessjoni huma għamlu run oħra ta’ 13-0 li bdewha bi trippla ta’ Anthony Shoults biex żiedu d-distakk għal 45 punt 77-32. Depiro naqqsu xi ftit dan l-iżvantaġġ b’run ta’ 10-2 pero’ kienu għadhom ferm il-bogħod biex Siġġiewi ħarġu rebbieħa 83-44.

 

Siġġiewi: P. Vulovic 15, JP Antoncic 5, C. Agius 19, J. Doughty 3, J. Falzon 6, A. Borg 4, M. Shoults 10, E. Vella 2, N. Falzon 6, A. Shoults 5,  G. Agius 4, K. Farrugia 4.

Miscela D’Oro Mtarfa: S. Baldacchino 14, A. Milanovic, J. Attard 4, K. Debono, D. Schembri 15, J. Camilleri 3, K. Mifsud 4, A. Psaila 4, F. Agius, J. Vella.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile

Mellieħa Tritones 84

Qormi 41

(24-11)(14-12)(23-7)(23-11)

Mellieħa vs Qormi

Mellieħa vs Qormi

Mellieħa pattew għad-diżappunt li kellhom fil-logħba tas-shield kontra Qormi meta fl-ewwel partita tagħhom fil-kampjonat għelbu lil istess avversarji 84-41. Kienu diversi l-players ġodda speċjalment barranin li dehru f’din il-partita. Mellieħa kellhom lil player minn Bahrain Yunes Kuwaid ħu l-player Mohammed Kuwaid li jilgħab ma A to Z Electronics Athleta. Huma kellhom ukoll lil John Muscat u Graham Coleiro. Qormi kellhom lil Bulgaru Stayan Kivshanov u l-player mit-Turkija Cenk Kahraman u rritorna wkoll Carlos Bugeja. Il-bidu tal-partita kien bilanċjat tant li sa nofs is-sessjoni kien hemm parita 7-7 wara trippla minn Darren Debattista għal Qormi. B’Kuwaid jidħol aktar fix-xena, Mellieħa bdew jinqatgħu mill-avversarji u wara trippla ta’ Oliver Sammut temmew il-perjodu 24-11 minn fuq. Fit-tieni sessjoni l-logħob kien aktar maqsum b’Mellieħa jsaħħu taħt il-board bi dħul ta’ Coleiro. Trippli minn Debattista u David Bugeja għal Qormi naqqsulhom id-distakk għal 10 punti pero’ Mellieħa għamlu l-aħħar 5 punti qabel l-intervall għal skor ta’ 38-23.

Wara l-mistrieħ Mellieħa bdew b’run ta’ 13-0 fosthom trippla ta’ Kuwaid u Qormi għajtu time-out. Huma wieġbu bi trippla ta’ Gary Micallef pero’ Coleiro kompla jispikka taħt il-board u kompla jagħmel il-punti biex fi tmiem is-sessjoni huma baqgħu fuq quddiem 61-30. L-aħħar sessjoni bdiet b’aktar punti minn Kuwaid u Coleiro għal Mellieħa. Qormi wieġbu b’żewġ baskets minn Clayton Camenzuli u trippla oħra ta’ Bugeja biex Mellieħa rebħu l-partita 84-41.

 

Mellieħa Tritones: J. Sant, M. Cauchi 7, Y. Kuwaid 30, J. Muscat 2, R. Abela,  O. Sammut 9, J. Aquilina 5, A. Mehmedov 2, G. Coleiro 27, P. Cauchi 2.

Qormi: G. Buhagiar 1, G. Micallef 3, K. Vella 2, S. Gauchi, D. Debattista 14, E. Sant, S. Kivshanov 4, C. Kahraman,  K. Vella 6, D. Bugeja 8, C. Camenzuli 4, C. Bugeja.

Referees: Alfred Carbonaro, Luke Camilleri.





Leave a comment