L-ebda sorpriża fit-tieni ġurnata

Wednesday, October 24, 2012, 7:53

minn Colin Schembri.

ST. JAMES HOSPITAL SHIELD NISA

 

Phoenix Petrus Pizza Qormi 45

Alyssa Ashley Loyola 65

(9-14)(12-19)(9-14)(15-18)

 

Athleta vs Luxol

Athleta vs Luxol

Alyssa Ashley Loyola kisbu t-tieni rebħa tagħhom fis-Saint James Hospital Shield meta għelbu lil Phoenix Petrus Pizza Qormi 65-45. Għal darb’oħra kellna żewġ timijiet magħmula minn players Maltin biss hekk kif it-tnejn li huma qiegħdin jistennew l-aħħar ġimgħa t’Ottubru biex jirreġistraw il-players Amerikani tagħhom. Carina Gauchi għadha nieqsa għal Phoenix fil-waqt li Loyola kienu mingħajr Adalia Bonanno. Loyola bdew tajjeb biex ħadu vantaġġ ta’ 8 punti 10-2 fl-ewwel żewġ minuti. Ir-risposta ta’ Phoenix waslet minn Alexis Cutajar biex naqqsu d-distakk għal 3 punti qabel ma Jean Doughty għamlet l-aħħar basket tas-sessjoni. Fit-tieni perjodu Loyola għamlu run oħra ta’ 10-2 u fetħu vantaġġ doppju 26-13. Phoenix għamlu 3 baskets konsekuttivi pero’ punti minn Kristie Tonna u Justine Mangion għalqu t-taqsima għal Loyola li daħlu jistrieħu 33-21 minn fuq.

It-tielet sessjoni fetħet b’basket fuq kull naħa li pero’ baqgħu ġejjin bil-mod sas-sitt minuta. Run oħra dejjem ta’ 10-2 minn Loyola fl-aħħar tlett minuti rathom jiftħu vantaġġ komdu ta’ 17 –il punt 47-30 fi tmiem is-sessjoni. L-aħħar perjodu kien l-aktar wieħed bilanċjat fejn sar-raba’ minuta ż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin kontinwament. Phoenix għamlu 5 punti mingħajr risposta pero’ ma setgħux jersqu viċin biżżejjed biex jinkwetaw lil avversarji. Loyola għalqu l-partita b’run ta’ 10-4 għal skor finali ta’ 65-45.

           

Phoenix Petrus Pizza Qormi: M. Abela 3, V. Agius 4, M.R. Agius, D. Pace, N. Said, A. Cutajar 23, A. Abdilla, A. Demanuele 15.

Alyssa Ashley Loyola: P. Montanaro 2, J. Doughty 4, M. Gatt 10 , D.Said Hollier 12, K. Tonna 17, J. Mangion 8, SJ Barbara 12, F. Camilleri

Referees: Gordon Barbara, Alfred Carbonaro.

 

Starlites 23
Depiro 84

(7-22)(9-26)(2-19)(5-17)

 

Depiro kellhom wirja tajba kontra Starlites biex kellhom rebħa kbira ta’ 84-23 fejn għalijhom spikkat Steffi De Martino bi prestazzjoni mill-aqwa flimkien ma Latisha Belcher. Starlites ftit setgħu jwaqqfu lil Depiro f’din il-partita u tilfu diversi pussessi f’turnovers u Depiro kellhom diversi fast breaks. Sa mill-ewwel minuti Depiro wrew l-intenzjonijiet tagħhom u fl-ewwel żewġ minuti De Martino kienet diġa għamlet seba’ punti fosthom trippla. Ir-risposta ta’ Starlites ġiet minn Lyndsey Pirotta u waslu sa żewġ punti ‘l bogħod 7-9. Pero’ hawn beda d-dominju ta’ Depiro meta għamlu l-ewwel run qawwija ta’ 13-0 biex temmew is-sessjoni 22-7 minn fuq. It-tieni taqsima fetħet b’sitt punti oħra minn Depiro permezz ta’ De Martino u Belcher qabel ma Starlites ukoll għamlu break ta’ 7-0. Depiro wieġbu b’run ta’ 18-0 fosthom trippla minn Francesca Biancho u punti minn Maria Bonnett u Martina Mifsud fost l-oħrajn biex fl-intervall huma kienu 48-16 minn fuq.

It-tielet sessjoni kienet mingħajr ħafna storja hekk kif Starlites bdew b’żewġ freethrows minn Amanda Farrugia u minn hemm il-quddiem kien hemm biss punti ta’ Depiro għal skor ta’ 67-18. L-istess ħaġa ġrat fir-raba’ sessjoni fejn wara li Starlites għamlu l-ewwel 5 punti, kienu Depiro li għamlu 17 –il punt ieħor mingħajr risposta. Depiro b’din ir-rebħa temmew il-grupp tagħhom fl-ewwel post u issa jistennew ir-runners up ta’ grupp 1 biex ikunu jafu l-avversarji tagħhom fis-semifinali.

 

Starlites: A. Farrugia 2, C. Riolo, A. Grixti, S. Tabone 7, L. Pisani 3, S. Cutajar, L. Pirotta 7, N. Attard 3, M. Scicluna, C. Scicluna, M. Cutajar.

Depiro: G. Mifsud 2, F. Biancho 8, S. Brincat, M. Bonnett 6, S. De Martino 38, M. Mifsud 2, M. Scicluna, L. Belcher 21, A. Mifsud 5, S. Micallef, C. Camilleri 2.

Referees: Emanuel Mangani, Jennifer Mangani

 

Honey Athleta 35
Luxol 50

(9-8)(10-13)(4-14)(12-15)

 

Fl-aħħar partita, Luxol għelbu lil Honey Athleta 50-35. Ir-ritorn tal-Amerikana Mollie Williams kien strumentali għat-team immexxi minn Christoph Stolp hekk kif hi għamlet nofs il-punti ta’ Luxol u kellha wkoll 18 –il rebound. Athleta għadhom mingħajr Kelly Busuttil u postha ħaditu Raissa Sciberras fil-waqt li Luxol kienu mingħajr Becky Naudi. Il-partita kellha bidu kwiet ħafna u wara sitt minuti saru biss 8 punti – 4 fuq kull naħa. Lonnecke Calleja tat il-vantaġġ lil Athleta pero’ Luxol wieġbu b’basket ta’ Williams u Greta Zarb imma kienu Athleta li temmew is-sessjoni minn fuq wara basket minn Leanne Sciberras 9-8. Williams kompliet tagħmel il-punti fit-tieni sessoni biex Luxol regġħu marru minn fuq pero’ Sciberras għamlet trippla fir-raba’ minuta għal Athleta li marru minn fuq għall-aħħar darba 16-15. Luxol għalqu l-perjodu bi break ta’ 6-1 biex fl-intervall kienu basket minn fuq 21-19.

Wara l-mistrieħ, Luxol ħarġu ferm iktar agressivi fil-waqt li Athleta sabu diffikulta biex jagħmlu l-punti. Wara li fl-ewwel tlett minuti, kien hemm basket fuq kull naħa, Luxol għamlu run ta’ 10-0 biex marru 12 –il punt minn fuq 33-21. Athleta wieġbu biss b’żewġ freethrows ta’ Aleksandra Ratomska għal skor ta’ 35-23. Luxol kabbru l-vantaġġ tagħhom fil-ftuħ tal-aħħar sessjoni bi break qasir ta’ 6-0. L-aħħar sforz ta’ Athleta issarraf f’run ta’ 10-4 pero’ kienu għadhom ‘l bogħod wisq mill-avversarji. Luxol għamlu żewġ baskets oħra minn Mandi Sciortino u Paula Ellul biex rebħu l-partita 50-35.

 

Honey Athleta: M. De Martino 2, A. Ratomska 10, J. Xuereb, L. Calleja 4, L. Sciberras 7, M. A. Duca, C. Ciantar 2, E. Vella 2, M.C. Cilia 2, F. Farrugia 4, R. Sciberras, C. Mifsud 2.

Luxol: S. Pace 4, M. Sciortino 8, C. Medina 1, J. B. Gaerty, G. Zarb 2, P. Ellul 6, M. Williams 25, D. Muscat 4, M. Darmanin, K. Portelli.

Referees: Alfred Carbonaro, Luke Camilleri

 

 





Leave a comment