L-ebda sorpriża fir-round preliminari

Monday, December 17, 2012, 10:02

minn Colin Schembri

ST. JAMES HOSPITAL KNOCK OUT NISA

 

Honey Athleta 67

Phoenix Petrus Pizza Qormi 55

(19-15)(14-10)(7-15)(27-15)

 

Loyola vs Depiro

Loyola vs Depiro

Wara li eleminaw lil Hibs mit-tazza Louis Borg, Honey Athleta għaddew għal semifinali oħra din id-darba fis-Saint James Hospital Knock out wara li eleminaw lil Phoenix Petrus Pizza Qormi 67-55. Huma kellhom lura lil Madeline De Martino u Claire Ciantar fil-waqt li Phoenix kienu bil-formazzjoni tipika tagħhom. Athleta ħadu l-ewwel vantaġġ 9-5 bil-punti ta’ Aleksandra Ratomska fosthom trippla. Phoenix ma setgħux jagħmlu punti b’mod konsistenti u għalkemm kellhom trippla minn Martha Abela, kienu Athleta li temmew is-sessjoni 19-15 minn fuq. Fit-tieni sessjoni Phoenix bdew aħjar u sitt punti mingħajr risposta rawhom jippareġjaw il-partita 21-21. Hawn pero’ Athleta għamlu run ta’ 10-0 biex marru 10 minn fuq 31-21. Phoenix wieġbu b’baskets ta Vanessa Agius u Brittaney Thomas biex reġgħu naqqsu d-distakk qabel ma Ratomska għamlet l-aħħar basket għal skor ta’ 33-25.

Fit-tielet sessjoni, reġa kien hemm ir-reazzjoni ta’ Phoenix hekk kif l-Athleta waqfu jagħmlu l-punti. Christine Scicluna, Cutajar u Thomas raw lil Phoenix imorru minn fuq 38-34 fis-seba’ minuta.Charles Bonnicigħajat time-out għal Athleta u huma ppareġjaw sa’ tmiem is-sessjoni 40-40. Fl-ewwel żewġ minuti tal-aħħar sessjoni, Athleta għamlu run ta’ 10-2 biex reġgħu marru fuq quddiem. Ir-risposta ta’ Phoenix ġiet minn Thomas pero’ 3 baskets konsekuttivi minn Ratomska taw vantaġġ ta’ 14 –il punt lil Athleta 61-47 fis-sitt minuta. Fl-aħħar ħinijiet iż-żewġ timijiet baqgħu jirrispondu lil xulxin sat-tmiem biex Athleta rebħu l-partita 67-55.

           

Honey Athleta:, M. De Martino 3, A. Ratomska 32, J. Xuereb, L. Calleja 10, L. Sciberras 5, M. Azzopardi Duca, G. Muscat, E. Vella 4, R. Sciberras, M.C. Cilia, C. Ciantar, C. Mifsud 13.

Phoenix Petrus Pizza Qormi: M. Abela 9, V. Agius 2, M.R. Agius, C. Scicluna 5, Y. Agius 4, D. Pace, N. Said, A. Cutajar 11, B. Thomas 24, J. Millo, A. Abdilla, A. Demanuele.

Referees: Emanuel Magani, Jennifer Mangani.

 

Starlites Sports Experience 38

Hibs 75

(11-18)(5-27)(2-16)(20-14)

 

Fit-tieni partita, Hubs pattew xi ftit għad-diżappunt tal-weekend ta’ qabel u kellhom rebħa faċli fuq Starlites Sports Experience 75-38. Għal Hibs ma ħadux sehem fil-partita Francesca Mifsud u Lucienne Bezzina fil-waqt li Sarah Galea kienet nieqsa għal Starlites. Fl-ewwel ħinijiet tal-partita, Hibs damu ma ngranaw u u kienu Starlites li ħadu l-ewwel vantaġġ ta’ 6-1. Wara li Hibs ippareġjaw bi trippla ta’ Antoinette Borg, Satrlies reġgħu marru fuq quddiem bil-freethrows ta’ Lyndsey Pirotta. Fl-aħħar żewġ minuti, Hibs bdew juru l-qawwa tagħhom u għamlu run ta’ 10-0 biex temmew is-sessjoni 18-11 minn fuq. Fit-tieni sessjoni, Hibs komplew jiddominaw lill-avversarji tant li għamlu żewġ runs qawwija ta’ 12-0 u 13-0 b’diversi punti ta’ Khadi Soune Sagna. Bejn dawn iż-żewġ runs. Marilou Cutajar għamlet baslet u Pirotta kellha trippla pero’ fl-intervall Hibs kienu 45-16 minn fuq.

Fit-tielet perjodu, Starlites setgħu jagħmlu biss basket wieħed wara li Maria Desira kienet għamlet 4 punti għal Hibs. Hawn kellna run oħra ta’ 12-0 minn Hibs li temmew il-perjodu 61-18. L-aħħar sessjoni kienet iktar bilanċjata hekk kif Hibs kienu ċerti mir-rebħa bil-coach Bruno Di Pietrantonio juża diversi players żgħażagħ minn fuq il-bank. Starlites sabu ħin għal break ta’ 15-4 bi trippla oħra minn Pirotta għal skor finali ta’ Hibs 75 Starlites 38.

 

Starlites Sports Experience: C. Riolo, A. Grixti 2, S. Tabone, L. Pisani, S. Cutajar 2, L. Pirotta 19, N. Attard 2, A. Farrugia, S. Davies 1, M. Cutajar 12.

Hibs: J. Scerri 6, E. Cassar 8, R. Scerri 2, L. Bezzina, F. Mifsud, M. Desira 21, L. Micallef, A. Borg 5, N. Mifsud 4, E. Micallef 2, K. Soune Sagna 27.

Referees: Alfred Carbonaro, Steve Gouder

 

Alyssa Ashley Loyola 53

Depiro 72

(7-17)(14-22)(18-11)(14-22)

 

L-aħħar team li għadda għas-semifinali kienu Depiro li fl-aktar partita missielta għelbu lil Depiro 72-53. Loyola kellhom nieqsa lil Justine Mangion pero’ rritornat Beverie Sultana fil-waqt li Emma Moore għadha nieqsa għal Depiro. Depiro kellhom l-aħjar bidu tal-partita meta wara li Brietta Thomas għamlet l-ewwel basket tal-partita għal Loyola, huma wieġbu bi break ta’ 9-2. Wara li Thomas għamlet 3 punti oħra, Depiro komplew b’run oħra ta’ 8-0 b’piunti minn Francesca Biancho u Steffi De Martino għal skor ta’ 17-7. Depiro komplew iżidu l-vantaġġ wara baskets ta’ Latisha Belcher flimkien ma’ Steffi De Martino bi trippla. Loyola baqgħu iwieġbu biss permezz ta’ Thomas sa’ nofs is-sessjoni pero’ Samantha Brincat għamlet trippla għal Depiro. Wara punti ta’ Jean Doughty, kien hemm iktar baskets ta’ De Martino u Beverlee Zammit biex Depiro daħlu jistrieħu 39-21 minn fuq.

Wara l-intervall, Loyola ħarġu ferm aħjar u wara li sofrew żewġ baskets, kellhom break sabiħ ta’ 12-2 b’punti minn Thomas u Adalia Bonanno u naqqsu d-distakk għal 12 –il punt 34-45. Louola komplew jaqsmu l-logħob mal-avversarji u t-tielet sessjoni ntemmet bid-Depiro 11 minn fuq 50-39. Fil-bidu tal-aħħar sessjoni, reġa kien hemm il-punti kontinwi minn Depiro permezz ta’ Belcher flimkien ma’ trippla ta’  Francesca Biancho biex marru 20 minn fuq 59-39. Loyola rrispondew bil-punti minn Thomas fosthom trippla pero’ żewġ minuti mit-tmiem kienu għadhom 16 minn taħt 49-65. Fl-aħħar ħinijiet kien hemm fost l-oħrajn trippla ta’ De Martino biex Depiro rebħu l-partita 72-53.

Alyssa Ashley Loyola: P. Montanaro, L. Pace, J. Doughty 2, M. Gatt 4, D.Said Hollier, K. Tonna 5, A. Bonanno 5, B. Sultana,  B. Thomas 34, SJ Barbara 3, F. Camilleri

Depiro: C. Camilleri, G. Mifsud, F. Biancho 12, S. Brincat 4, M. Bonnett, S. De Martino 23, M. Mifsud, M. Scicluna, L. Belcher 19, A. Mifsud 2, S. Micallef 8, B. Zammit 94.

Referees: Clive Terribile, Emanuel Mangani.

 





Leave a comment