L-ebda sorpriża fil-kwarti tal-finali

Monday, January 3, 2011, 17:03

minn Colin Schembri

Bank of Valletta Knock-Out NISA

St. Andrews 23

Athleta 62

(5-14)(4-9)(2-18)(12-21)

Athleta għamluhom żewġ rebħiet fuq St. Andrews dan l-istaġun fejn wara rebħa fil-kampjonat issa rebħulhom ukoll fil-kwarti tal-finali tal-Bank of Valletta knock-out biex għaddew għas-semifinali. Dana McKeon kienet qiegħda tagħmel l-ewwel dehra tagħha għall-Athleta. Kienu St. Andrews li ħadu l-ewwel vantaġġ żgħir ta’ 3 punti bi trippla ta’ Josette Calleja li poġġithom 5-2 minn fuq. Athleta wieġbu bil-free shots ta’ Francesca Farrugia u fis-sitt minuta kienu 8-5 minn fuq. Huma għamlu l-aħħar tlett baskets tas-sessjoni biex temmewha 14-5 minn fuq. Ir-ritmu naqas fit-tieni perjodu bl-Athleta jiftħu vantaġġ ta’ 12-il punt 19-7. Wara basket ta’ Nadia Cassar għas-Saints, Athleta għalqu bil-baskets ta’ Leanne Sciberras u Chantelle Mifsud biex daħlu jistrieħu 23-9 minn fuq.

Fil-ftuħ tat-tielet sessjoni Athleta għamlu run ta’ 8-0 u f’nofs is-sessjoni wasal l-uniku basket ta’ St. Andrews minn Calleja. Il-bqija tal-punti ġew minn Athleta f’run oħra ta’ 10-0 biex temmew il-perjodu 41-11 minn fuq. L-andament tal-logħba baqa’ l-istess fejn l-Athleta fetħu b’run oħra ta’ 12-3 qabel ma waslet trippla ta’ Renette Magro għal St. Andrews. Fl-aħħar minuti iż-żewġ timijiet irrispondew lil xulxin b’Raissa Sciberras tagħmel trippla għall-Athleta li rebħu l-partita 62-23.

St. Andrews: M. Caruana, N. Cassar 2,R. De Martino, J. Calleja 8, N. Scicluna, I. Galea, E. Cachia, J. Mangion 2, R. Zammit Mamo 2, R, Magro 7, M. De Martino 2

Athleta: R. Sciberras 3,D. Jaeger, L. Calleja 12, L. Sciberras 11, M. Azzopardi Duca 4, R. Spiteri, G. Muscat 2, D. McKeon 6, F. Farrugia 6, K. Busuttil 6, C. Mifsud 12.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile

Guzelpinar Imtarfa 27

Hibs Medsea 114

(5-28)(4-25)(4-33)(14-28)

Il-holders Hibs Medsea għaddew għas-semifinali mingħajr diffikulta meta kisbu rebħa kbira kontra Guzelpinar Imtarfa 114-27. Hibs ħadu biss 10 sekondi biex fetħu l-iskor bi trippla ta’ Lucienne Bezzina segwita minn basket ta’ Doreen Micallef. Mtarfa wieġbu bil-freethrows ta’ Martha Abela, pero’ Hibs għamlu run ta’ 13-0 li għalquha bl-ewwel trippla ta’ Francesca Tabone u marru 18-2 minn fuq. Hibs komplew jiddominaw u iktar trippli minn Tabone u Kirsten Baldacchino tawhom vantaġġ taġ 23 punt fi tmiem is-sessjoni 28-5. Hibs fetħu t-tieni perjodu b’run oħra ta’ 10-0 b’żewġ three pointers oħra ta’ Tabone. Gaby Mifsud wieġbet bi trippla għal-Imtarfa. Dawn kienu l-aħħar punti ta’ Mtarfa hekk kif Hibs għamlu run ta’ 15-0 u fil-mistrieħ kienu 53-9 minn fuq.

It-tielet sessjoni fetħet b’basket ta’ Adriana Demanuele għall-Imtarfa bil-Hibs jirrispondu b’run ta’ 12-0 fosthom it-tieni trippla ta’ Bezzina. Wara freethrows ta’ Carina Gauchi Meilak, Hibs għamlu run oħra qawwija ta’ 21-0 b’Baldacchino tagħmel tlett trippli oħra u kienu 86-13 minn fuq. Fl-aħħar sessjoni wasal l-aħjar mument ta’ Mtarfa li għamlu break qasir ta’ 8-0 bi trippli ta’ Mifsud u Gatt. Hibs għaqdu l-mitt punt bi trippla ta’ Elena Cassar u temmew il-partita b’run oħra ta’ 10-0 inkluża trippla taż-żagħżugħa Mandy Zammit u rebħu 114-27.

Guzelpinar Imtarfa: M. Abela 10, Y. Muscat, C. Gauchi Meilak 6, M. Mifsud 1, R. Sammut, F. Borg, M. Scicluna 1, G. Mifsud 6, A. Demanuele 3.

Hibs Medsea: E. Micallef 3, E. Cassar 23, M. Zammit 6, L. Bezzina 6, F. Tabone 22, D. Micallef 10, N. Arrigo 14, K. Baldacchino 18, J. Cardona 12.

Referees: Clive Terribile, Emanuel Mangani

Luxol 64

Starlites Sports Experience 23

(24-4)(5-11)(24-4)(11-4)

|ewġ sessjonijiet identiċi mil-Luxol kienu biżżejjed għalijhom biex jegħlbu lil Starlites Sports Experience u javvanzaw għas-semi finali tal-Bank of Valletta knock-out. Luxol kienu mingħajr Jessica Carbonell pero’ ġiet lura Beverlee Zammit. Starlites kellhom nieqsa lil Amanda Farrugia u Natasha Attard. Luxol bdew il-partita b’run ta’ 9-0 fl-ewwel erba’ minuti. Starlites wieġbu b’basket ta’ Samantha Tabone pero punti ta’ Emma Moore u Steffi De Martino raw lil Luxol jagħmlu run ta’ 15-2 u temmew l-ewwel sessjoni 24-4 minn fuq. It-tieni sessjoni kienet storja differenti u l-ewwel basket wasal wara 4 minuti minn Marylou Cutajar għal Starlites fi break żgħir ta’ 5-0. Wara sitt minuti u nofs wasal l-ewwel basket ta’ Luxol minn Becky Naudi pero’ Starlites kellhom l-aħjar tmiem għas-sessjoni bil-punti ta’ Lindsey Pirotta. Fil-mistrieħ Luxol kellhom vantaġġ ta’ 14-il punt 29-15.

Fit-tielet sessjoni Luxol reġgħu wrew il-qawwa tagħhom fejn bdew b’run ta’ 11-0 bil-punti ta’ De Martino u Diana Muscat. Basket ta’ Christine Scicluna waqqfulhom din ir-run pero Luxol għalqu l-perjodu b’run oħra ta’ 11-0 inkluża trippla ta’ Zammit biex fetħu vantaġġ ta’ 34 punt 53-19. Fl-aħħar sessjoni stennejna seba’ minuti biex ġie l-ewwel basket minn Lara Pisani għal Starlites. Luxol għalqu l-partita bi break ta’ 9-0 inkluża trippla ta’ Naudi u rebħu l-partita 64-23.

Luxol: E. Moore 12, M. Sciortino 1, L. Serge 3, B. Naudi 7, K. Portelli, S. De Martino 20, T. De Martino, P. Ellul 4, D. Muscat 10, E. Grech 4, B. Zammit 3.

Starlites Sports Experience: C. Riolo 3, A. Grixti 2, S. Tabone 2, L. Pisani 2, C. Spiteri 2, E. Iavarone, L. Pirotta 5,C. Scicluna, C. Scicluna 2, M. Cutajar 2.

Referees: Jennifer Mangani, Brian Sly.

Alyssa Ashley Loyola 59

McDonalds Depiro 75
(17-15)(8-21)(18-15)(16-24)

McDonalds Depiro saru r-raba’ team li għadda għas-semi finali tal-Bank of Valletta knock-out mhux qabel m’għelbu l-isfida iebsa li ofrrewlhom Alyssa Ashley Loyola. Dawn tal-aħħar kienu msaħħa bir-ritorn ta’ Christina Grima u sakemm kienet għada fuq il-court il-partita baqgħet bilanċjata. Depiro ħadu l-ewwel vantaġġ ta’ 7-2 pero wara timeout mgħajjat mil-coach Kevin Zammit, Loyola tejjbu l-logħba tagħhom u trippla ta’ Jean Doughty u basket ta’ Sammy Jo Barbara poġġewhom fuq quddiem 11-9. Fl-aħħar minuta kien hemm parita ta’ 15-5 pero basket minn Ruth Spiteri ra lill-Loyola jispiċċaw minn fuq 17-15. It-tieni sessjoni fetħet bi trippla ta’ Kaila Agius u oħra ta’ Greta Zarb biex Depiro marru 4 minn fuq 23-19. Id-Depiro baqgħu juru l-aħjar logħob u trippla ta’ Sarah Pace fetħitilhom run ta’ 8-0 qabel ma kien hemm three pointer ieħor ta’ Doughty eżatt qabel il-mistrieħ biex Depiro kienu 9 minn fuq 36-25.

Fit-tielet sessjoni Depiro bdew b’run ta’ 11-5 b’iktar trippli ta’ Zarb u Francesca Biancho u marru 16 minn fuq 46-30. Pero’ Loyola ma ċedewx u bi trippla ta’ Grima bdew rimonta li rathom jaslu sa 6 punti ‘l bogħod 43-49. Fl-ewwel tlett minuti tal-aħħar sessjoni kien hemm baskets fuq kull naħa biex id-distakk baqa’ l-istess 49-55. Hawn Grima spiċċat fouled out u Depiro approfittaw u għamlu run ta’ 13-6 biex feħu vantaġġ ta’ 13-il punt 58-53. Huma setgħu jikkontrollaw l-aħħar ftit minuti biex ħarġu rebbieħa 75-59.

Alyssa Ashley Loyola: J. Doughty 12, F. Schembri 2, E. Falzon, M. Gatt 4, D. Said Hollier 4, R. Spiteri 4,C. Grima 23, K. Gouder 4, F. Camilleri, S.J. Barbara 6.

McDonalds Depiro: S. Pace 13, G. Zarb 18, J. Xuereb, A. Mifsud, M. Bonett, F. Biancho 8, J. Busuttil Gaerty, A. Borg 11, C. Sammut, E. Vella, S. Micallef 4, K. Agius 21

Referees: Alfred Carbonaro, Luke Camilleri





Leave a comment