- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

L-ebda sorpriża fil-kwarti tal-finali

Posted By sportinmalta1 On December 11, 2017 @ 7:00 pm In Basketball,Featured | No Comments

Bank of Valletta Knock-out Irġiel 2 Diviżjoni

Hibs 59

Victoria Libertas 36

(11-10)(14-6)(25-10)(9-10)

Hibs ikkwalifikaw għar-round tal-kwarti tal-finali tal-BOV Knock out meta għelbu lil Victoria Libertas 59-36. Hibs kellhom xi players regolari nieqsa għalkemm inkludew minflokhom players żagħżagħ. Libertas ukoll kellhom players neqsin bħal David Garcia, Michel Farrugia u Malcolm Sammut. Kienu Libertas li għamlu l-ewwel sitt punti konsekuttivi però Hibs wieġbu b’run ta’ 11-0 bi trippla ta’ Michael Houmpton. Bakets ta’ Emanuel Lupo u Nicolo Petrucci għalqu l-ewwel sessjoni għal Libertas fuq skor ta’ 11-10. Fil-ftuħ tat-tieni sessjoni, Libertas żammew il-pass fl-ewwel ħinijiet u hadu vantaġġ ta’ basket 16-14. Minn hemm ‘l quddiem però kienu Hibs li għamlu l-punti f’run ta’ 11-0 b’baskets konsekuttivi ta’ Luca Tardito u daħlu jistrieħu 25-16 minn fuq.

Wara l-intervall, Hibs reġgħu fetħu qawwi fejn wara li Libertas għamlu l-ewwel basket minn Sean Mizzi, il-Pawlisti kellhom run ta’ 15-0 bi three pointers minn Kurt Sultana u Paul Attard  flimkien mal-punti ta’ Isaac Bonett. Attard u Sultana għamlu trippla oħra biex Hibs temmew is-sessjoni 50-26 minn fuq. Fl-aħħar taqsima l-punti naqsu fuq iż-żewġ naħat fejn kienu Hibs li żiedu l-vantaġġ bil-punti ta’ Tardito u Bonett. Libertas għalqu l-partita b’sitt punti mingħajr risposta minn Petrucci u Mizzi biex Hibs ħarġu rebbieħa 59-36.

Hibs: J. Debono, M. Formosa, M. Laferla, R. Aquilina, P. Attard 10, I. Bonnett 14, J. Camilleri, J. Piscopo 2, K. Sultana 10, M. Houmpton 5, E. Xuereb, L. Tardito 16.

Victoria Libertas: D. Agius 10, K. Galea 1, N. Petrucci 7, S. Mizzi 10, D. Miani 2, E. Lupo 6, V. Barbu, M. Agius, B. Soler.

Referees: Emanuel Mangani, Zvezdan Dobrosaviljevic, Nicky Azzopardi.

Balkan Fusion 74

Gżira Athleta 62

(19-20)(16-11)(21-14)(18-17)

Balkan Fusion għaddew għas-semifinali wara rebħa fuq Gżira Athleta 74-62 minkejja li kellhom xi players nieqsa bħal Marcos Hernandez. Ivan Kumric u Sergi Jorben. L-ewwel żewġ sessjonijiet kienu bilanċjati  fejn Athleta żammew il-pass mall-avversarji. Athleta ħadu l-vantaġġ meta fetħu bit-three pointers minn Luca Stefanovic, Nathan Xuereb u Stefan Vincic biex marru 15-8 minn fuq. Balkan kellhom il-punti minn Nikola Stankovic u Alex Perunicic però Athleta rnexxielhom iżommu vantaġġ ta’ punt 20-19. Balkan fetħu t-tieni perjodu bi trippla ta’ Perunicic biex marru minn fuq. Athleta kellhom il-punti ta’ Miguel Gauchi Montaldo però Stankovic u Perunicic komplew bil-punti tal-Balkani biex fetħu vantaġġ t’erba punti 30-26. Id-dħul ta’ Francesco Mifsud Bonnici saħħaħ l-attakk tal-Athleta li reġgħu ħadu l-vantaġġ qabel ma Balkan kellhom il-punti ta’ Slavko Opojevlic biex fetħu distakk ta’ erba’ punti fl-intervall 35-31.

Fit-tielet taqsima, Balkan bdew isibu t-triq lejn il-basket b’aktar faċilita u kabbru l-vantaġġ għal 10 punti 43-33. Huma komplew bi trippla ta’ Nemenja Radicevic qabel ma Athleta irrispondew bil-punti ta’ Vincic u Stefanovic. Balkan għalqu l-perjodu bil-punti ta’ Perunicic u Stankovic għal skor ta’ 56-45. Fl-aħħar taqsima kienu Balkan li għamlu run oħra ta’ 8-0 b’żewġ baskets ta’ Bogdan Ilic. Athleta ppruvaw l-aħħar sforz fejn irnexxielhom jagħqqdu break ta’ 9-2 però kienu għadhom 12 –il punt taħt l-avversarji 56-68. Il-partita ntemmet b’sitt punti fuq kull naħa biex Balkan finalment rebħu l-konfront 74-62.

Balkan Fusion: N. Radicevic 5, B. Ilic 14, S. Opojevlic 12, A. Perunicic 16, Z. Stankovic 8, N. Bukva 1, V. Lekovic 2, N. Stankovic 16.

Gżira Athleta: J. Caruana, F. Mifsud Bonnici 10, R. Zammit, J. Monteiro Neto, L. Stefanovic 19, M. Gauchi Montaldo 8, N. Xuereb 5, J. Aquilina 1, K. Schembri, S. Vincic 18, J. Ransley 1, J. Falzon.

Referees: Gordon Barbara, Filippos Tzimopaulos, Emanuel Mangani.

Depiro 87

Starlites GIG 62

(20-23)(22-16)(22-13)(23-10)

Depiro wkoll qatgħu passaġġ għas-semifinali meta għelbu lil Starlites GIG 87-62. Depiro kellhom lil player Slovakk Adam Chomo li kien jagħmel id-debutt tiegħu u li flimkien ma’ Andy Attard, Kurt Xuereb u Jack Nygaard mexxew l-attakk. Starlites kienu mingħajr il-coach regolari tagħhom Nedelkjo Ninkovic u posthu ħadu Alec Felice Pace. Depiro fetħu tajjeb meta kellhom it-trippli minn Attard u Nygaard biex marru 16-4 minn fuq. Starlites irrispondew bi break sabiħ ta’13-0 bil-punti ta’ Ryan Carabott u Miguel Falzon. Nygaard u Xuereb wieġbu għal Depiro però punti ta’ Carabott raw lil Starlites itemmu l-ewwel taqsima 23-20 minn fuq. Starlites żammew il-vantaġġ fl-ewwel minuti tat-tieni perjodu 30-24 wara baskets minn Ian Felice Pace. Depiro rkupraw u għamlu run ta’ 12-2 bi Starlites jerġgħu jieħdu l-vantaġġ għall-aħħar darba bi trippla ta’ Owen Psaila. Depiro għamlu l-aħħar żewġ baskets tat-taqsima biex fil-mistrieħ kelhom vantaġġ ta’ 3 punti 42-39.

Wara l-intervall, Depiro fetħu bit-tielet trippla ta’ Attard flimkien mal-punti ta’ Chomo u Nygaard. Starlites waqqfuhom bi trippla oħra ta’ Psaila qabel ma Depiro kellhom run ta’ 9-2 bil-punti ta’ Nygaard li għalaq is-sessjoni bi three pointer għal skor ta’ 64-52. Fl-aħħar taqsima, kienu Depiro li kabbru l-vantaġġ għal 20 punt 73-53 wara baskets minn Chomo u Matthew Borg. Hawn tkeċċa Miguel Falzon ta’ Starlites għal protesti eċċessivi u Depiro komplew b’run qawwija ta’ 14-3 biex serrħu rashom mir-rebħa. L-aħħar sforzi ta’ Starlites wasslu għal 6 punti minn Matthew Scerri u Felice Pace biex Depiro ħadu r-rebħa 87-62.

Depiro: M. Borg 1, J. Vibe 5, A. Attard 13, E. Briffa, J. Camilleri, M. Zloh 4, K. Xuereb 16, A, Chomo 21, M. Brincat, M. Mallia, J. Nygaard 26, N. Grech.

Starlites: O. Psaila 10, M. Azzopardi 2, R. Carabott 16, I. Felice Pace 9, M. Scerri 4, M. Falzon 10, J. Attard, I. Pace 2, M. Vella, J. Wait 2, A. Xuereb 2, A. Schembri 5.

Referees: Gordon Barbara, Emanuel Mangani, Jason Cole.

Siġġiewi 58

Luxol 84

(16-21)(17-24)(10-13)(15-26)

Luxol kienu diġa għelbu lil Siġġiewi darbtejn dan l-istaġun kemm fis-shield u ankè fil-kampjonat u kisbu wkoll rebħa fil-kwarti tal-finali tan-Knock out biex saru t-tielet team li wasal fis-semifinali. Siġġiewi kienu mingħajr JP Antoncic u Lee Grech però rritornaw Joshua Anastasi u Gabriel Agius fil-waqt li Luxol kellhom nieqes lil Merlin Blazquez però ġie lura Keith Dimech. Siġġiewi ħadu l-ewwel vantaġġ bil-punti ta’ Roberto Alosco però Luxol kellhom risposta permezz ta’ Vukassin Jandric u Clayton Calleja biex marru fuq quddiem 11-8. Wara basket ieħor minn Alosco, Luxol għamlu run ta’ 9-0 bi trippla ta’ Jandric biex sa’ tmiem is-sessjoni kienu ħamsa minn fuq 21-16. Siġġiewi reġgħu fetħu tajjeb fit-tieni perjodu meta kellhom sitt punti mingħajr risposta minn Anastasi, Alosco u Alex Novakovic biex għall-aħħar darba kienu fuq quddiem 22-21.  Minn hemm ‘l quddiem, Luxol għamlu run qawwija ta’ 17-0 b’punti minn Calleja, Jandric, Dimech u marru minn fuq 38-2. Siġġiewi rkupraw xi ftit bil-punti ta Hubert Agius u Gabriel Agius però fl-intervall Luxol kienu 45-33 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni reġgħu kienu Siġġiewi li bdew tajjeb u naqqsu l-iżvantaġġ gġal seba’ punti 40-47. Luxol wieġbu permezz ta’ Dimech u trippla ohra ta’ Jandric biex reġgħu stabilixxew vantaġġ ta’ 15 –il punt 58-43. Fl-aħħar taqsima, Luxol bdew b’run oħra ta’ 10-2 bi trippla ta’ Dimech flimkien ma’ Micheal Sjoberg. Ir-risposta ta’ Siġġiewi kienet limitata għal żewġ baskets qabel ma Luxol komplew jinqatgħu ‘l quddiem bit-three pointers ta’ Dimech u Jandric biex ħarġu rebbieħa 84-58.

 

Siġġiewi: J. Carter, J. Anastasi 12, H. Agius 19, G. Agius 6, R. Alosco 11, A. Baldacchino, C. Bezzina, R. Camilleri, A. Novakovic 8, O. Shamala 2.

Luxol: L. Caruana Monaldo 1, V. Jandric 32, M. Curmi, B. Caruana Monaldo 4, P. Cefai, K. Dimech 22, M. Sojberg 13, C. Calleja 12, J. Navarro, M. Steenkamer.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Jason Cole, Ivica Simic.

Hibs 59

Marvels Power Plus 43

(18-10)(17-6)(13-12)(11-15)

Fl-aħħar partita Hibs għelbu lil Marvels Power Plus 54-43 biex għaqqdu l-kwadru tas-semifinalisti. Hibs kellhom lura lil Luke Farrugia fil-waqt li Marvels inkludew għall-ewwel darba lil Dejan Mitrovic. Kienu Hibs li fetħu tajjeb meta bdew il-partita b’run ta’ 12-2 bi trippla ta’ Farrugia u l-punti ta’ Luca Tardito u Isaac Bonett. Marvels wieġbu permezz ta’ Nicolo Guida u Christian Briffa biex Hibs temmew l-ewwel sessjoni 18-10 minn fuq. Fit-tieni perjodu Marvels fetħu bi trippla ta’ Guida u punt ieħor ta’ Briffa u naqqsu aktar id-distakk. Hawn però Hibs kellhom 11 –il punt mingħajr risposta fosthom trippla ta’ Paul Attard. Marvels waqqfuhom b’basket ta’ Glen Borg però Hibs għamlu sitt punti oħra minn Bonett u Tardito biex daħlu jistrieħu 35-16 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni l-logħob kien aktar bilanċjat u Marvels naqqsu d-distakk 23-17 wara punti minn Ruben Curmi u Guida. Hibs wieġbu bi tlett baskets ta’ Tardito, Bonett u Kurt Sultana qabel ma Borg għamel trippla għal Marvels. Hibs għalqu l-perjodu bi three pointer ieħor ta’ Farrugia għal skor ta’ 48-28.  B’vantaġġ ta’ 20 punt il-coach ta’ Hibs Silvio Cassar uża diversi players żagħżagħ fl-aħħar taqsima. Huma fetħu bi trippla ta’ Paul Attard però hawn Marvels għamlu run ta’ 13-0 b’diversi punti minn Guida u Briffa biex waslu sa’ ħdax –il punt ‘l boghod 41-52. Hibs però kienu għadhom fil-kontroll u għalqu l-partita bil-punti ta’ Bonett u trippla ta’ Eman Xuereb biex rebħu l-partita 59-43.

 

Hibs: J. Debono, M. Formosa, K. Sultana 2, L. Farrugia 8, P. Attard 8, I. Bonnett 14, E. Xuereb 6, J. Piscopo 2, L. Tardito 20, M. Houmpton, R. Aquilina, M. Laferla.

Marvels Power Plus: G. Borg 3, N. Guida 20, D. Mitrovic, R. Curmi 8, K. Magri, D. Verebies, A. Morris, C. Briffa 10, D. Borg, A. Toompere.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Igor Marjanovic, Ivica Simic.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/l-ebda-sorpriza-fil-kwarti-tal-finali-2/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.