L-ebda sorpiża fl-ewwel fażi

Tuesday, November 26, 2013, 19:06

ST. JAMES HOSPITAL KNOCK-OUT NISA

minn Colin Schembri

Hibs 65

Starlites Sports Experience 49

(15-11)(13-8)(14-10)(23-20)

Hibs kisbu t-tielet rebħa konsekuttiva meta għelbu lil Starlites Sports Experience 65-49 biex għaddew għas-semifinali u pattew għat-telfa li sofrew kontra l-istess team fil-logħob tas-Shield. Starlites minn naħa l-oħra għadhom ifittxu rebħa wara dak ir-riżultat. L-Amerikana ta’ Hibs Crystal Woodley aktar kemm jagħddu partiti aktar qiegħda tintegra fit-team u tmexxi lil sħabha. Wara li Hibs fetħu l-partita b’żewġ baskets minn Woodley u Elena Cassar, Starlites kellhom il-punti minn Maria Desira biex marru għall-unika darba fuq quddiem. Hibs ħadu l-vantaġġ bi trippla ta’ Cassar u baskets minn Nadia Mifsud u Woodley però Starlites ippareġjaw darbtejn permezz ta’ Desira u Marilou Cutajar u Renea Phelps. Punti ta’ Jean Doughty u Woodley raw lil Hibs itemmu s-sessjoni 15-11 minn fuq. Fit- tieni taqsima, Hibs kellhom bidu qawwi hekk kif għamlu run ta’ 9-0 bi trippla ta’ Woodley u baskets minn Cassar u Joselle Borg Cardona. Starlites kellhom sitt punti konsekuttivi minn Phelps u Desira biex naqqsu d-distakk għal seba’ punti 17-24. Woodley u Cassar reġgħu għamlu l-punti għal Hibs biex daħlu jistrieħu 28-19 minn fuq. 

Fl-ewwel parti tat-tielet sessjoni, Starlites tħabtu biex inaqqsu d-distakk bil-punti ta’ Desira, Cutajar u Phelps iżda hekk waslu sa’ ħames punti 25-30, Woodley kellha trippla oħra għal Hibs. Wara żewġ baskets oħra ta’ Starlites, Hibs kellhom run oħra ta’ 9-0 b’seba’ punti jaslu minn Cassar biex temmew is-sessjoni 42-29 minn fuq. Huma kabbru l-vantaġġ wara bidu qawwi tar-raba’ taqsima minn Ema Micallef li għamlet żewġ three pointers u basket. Phelps wieġbet għal Starlites iżda f’nofs il-perjodu kien hemm trippla ta’ Woodley biex Hibs fetħu vantaġġ ta’ 22 punt 55-33. Il-partita kompliet biż-żewġ timijiet jirrispondu lil xulxin b’baskets fuq kull naħa biex Hibs ħarġu rebbieħa 65-49.

Hibs: E. Micallef 8, E. Cassar 20, J. Doughty 6, R. Scerri, F. Mifsud 2, J. Scerri 2, L. Micallef, N. Farrugia,  N. Mifsud 2, C. Woodley 23, J.Borg Cardona 2, I. Agius.

Starlites Sports Experience: S. Galea, J. Busuttil Gaerty, A. Grixti, S. Tabone, P. Montanaro, M. Desira 18, R. Phelps 17, N. Attard 2, C. Sammut 2, S. Davies, M. Cutajar 8.

Referees: Stephen Micallef, Teemu Helenius

Honey Athleta 56

Phoenix Petrus Loyola 38

(19-5)(17-8)(25-4)(12-8)

Honey Athleta wkoll għaddew għas-semifinali tan-Knock Out meta għelbu lil Phoenix Petrus Loyola 73-25.  Athleta kellhom lil Emma Moore u Marie Claire Cilia nieqsa fil-waqt li għal Phoenix kien hemm ir-ritorn ta’ Melania Bajada. Athleta bdew bil-punti ta’ Ijeoma Ofomata u Francesca Farrugia f’run ta’ 7-0. Wara trippla ta’ Bajada għal Phoenix, Farrugia kisbet żewġ baskets oħra b’ Phoenix iwieġbu b’basket ta’ Yanika Agius. Athleta komplew b’run ta’ 8-0 b’punti minn Lonnecke Cassar, Ofomata u Leanne Sciberras biex temmew l-ewwel sessjoni 19-5 minn fuq. Phoenix dehru li se jirkupraw fil-ftuħ tat-tieni taqsima meta għamlu break ta’ 8-3 bi tlett baskets ta’ Martha Gatt. Hawn iżda, Athleta għamlu break qawwi ta’ 14-0 b’punti minn Adriana Demanuele, Sammy Jo Barbara u Raissa Sciberras fost l-oħrajn biex daħlu jistrieħu 36-13 minn fuq.

Wara l-intervall kien hemm iżjed punti minn Athleta permezz ta’ Ofomata u Marusca Azzopardi Duca. Wara li Phoenix kisbu basket minn Francesca Camilleri, kompla d-dominju tal-Athleta b’sittax –il punt mingħajr risposta fosthom trippla ta’ Justine Xuereb u punti ta’ Claire Ciantar  biex temme it-tielet taqsima fuq quddiem 61-17. Phoenix fetħu t-tielet taqsima b’żewġ baskets minn Gatt u Ivana Dordevic. Athleta żiedu l-vantaġġ bil-baskets ta’ Leanne Sciberras, Ofomata u Farrugia biex rebħu l-partita 73-25.

Honey Athleta: A. Demanuele 6, C. Ciantar 9, J. Xuereb 5, L. Cassar 4, L. Sciberras 6, M. Azzopardi Duca 2, I. Ofamata 19, E. Vella, R. Sciberras 7, F. Farrugia 9, S.J. Barbara 6, C. Mifsud.

Phoenix Petrus Pizza Loyola: M. Abela 2, I. Dordevic 2, Y. Agius 6, M. Gatt 8, J. Millo, M. Bajada 3, G. Muscat, F. Camilleri 4.

Referees: Bernard Vassallo, Steve Gouder





Leave a comment