L-ebda sorpiża fit-tmien ġurnata

Monday, February 23, 2015, 19:00

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA IRĠIEL

minn Colin Schembri

Bupa Luxol 57

AtoZ Electronics Athleta 90

(13-17)(9-25)(18-28)(17-20)

Ic-champions AtoZ Eletronics Athleta jirritornaw għar-rebħ meta jkunu kisbu r-raba’ rebħa tagħhom kontra Bupa Luxol dan l-istaġun 90-57. Athleta kienu mingħajr Omar Said però kellhom lil Michael Naudi lura wara li kien weġġa’ fl- aħħar parita tagħhom. Chad Patus, li temm il-logħba bi 33 punt, fetaħ il-punteġġ għall-Athleta u wara t-tweġiba ta’Luxol minn Abraham Portelli u Thomas Staton, Athleta kellhom run ta’ 9-2 bi trippla ta’ Andrew Aquilina u aktar punti ta’ Patus. Għalkemm Luxol irnexxielhom iwieġbu bi break bl-isess punteġġ, bil-punti ta’ Staton, Athleta għalqu s-sessjoni fuq quddiem 17-13. Fit-tieni perjodu Luxol bdew bi trippla ta’ Jean Paul Schembri però Athleta kellhom żewġ runs qawwija ta’ 9-2 u 14-2 inklużi aktar punti minn Patus flimkien ma’ Naudi. Luxol bdew jagħġġlu ħafna fl-attakk u Athleta komplew iżidu l-vantaġġ b’baskets minn Roderick Vella u Isaac Tanti u fl-intervall kellhom vantaġġ komdu ta’ 20 punt 42-22.

Fit-tielet perjodu Luxol urew progress fl-attakk tagħhom speċjalment bil-punti Staton li kellhu wkoll trippla. Madankollu, ic-champions ukoll kellhom it-three pointers tagħhom li waslu minn Patus, Aquilina u Vella biex huma żiedu l-vantaġġ għal 30 punt 70-40.  Fl-aħħar taqsima, wara basket ieħor ta’ Staton, Athleta kellhom break ta’ 8-0 inklużi żewġ baskets miż-żagħżugħ Matthew Gouder. Naudi, Tanti u Aquilina bi trippla kellhom aktar punti għall-Athleta qabel ma CJ Cordina kellhu erba’ trippli għal Luxol li madankollu ġew tard wisq fil-logħba u Athleta kienu ċerti mir-rebħa tagħhom fuq skor ta’ 90-57.

Bupa Luxol: CJ Cordina 14, A. Portelli 6, J. Willoughby, JP Schembri 3, S. Visser, T.Staton 26, A. Micallef Trigona 2, JP Bonnici 6, S. Capello.

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 19, R. Vella 7, F. Mifsud Bonnici, C. Patus 33, A. Aquilina 11, M. G. Montaldo 2, M. Gouder 6, I. Tanti 12.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile, Luis Abuin.

Remax Citadel Siġġiewi 65

Cynergi Virtus 77

(14-19)(19-17)(16-12)(16-29)

Kif ġara fil-logħba tal-ewwel round, Cynergi Virtus kellhom jistennew sal-aħħar sessjoni biex għelbu lil Remax Siġġiewi Citadel għas-sitt darba dan l-istaġun 77-65. Siggiewi kienu għadhom mingħajr Marco Matijevic u Graham Coleiro uPeter Shoults kienu nieqsa għal Virtus. Virtus fetaħ qawwij b’run ta’ 13-2 inkluż trippli mill-Amerikan Mike Breusewitz u Shawn Pace. Siġġiewi ġew lura bi break ta’ 10-0 inklużi 2 three pointers minn Steve Sammut madankollu Virtus għalqu s-sessjoni fuq quddiem wara break qasir ta’ 6-0 għal skor ta’ 19-14. Fit-tieni taqsima, Virtus żiedu l-vantaġġ tagħhom b’punti minn Breusewitz u David Bugeja. Siġġiewi wieġbu b’ run ta’ 12-2 bi trippli minn Billy Zammit u Adrian Micallef biex marru fuq quddiem 26-25. Iż-żewġ naħat komplew jiksbu l-punti b’ritmu tajjeb kekk k Breusewitz kellhu trippla oħra u sal-aħħar tas-sessjoni Virtus irnexxielhom jiftħu 3 punt vantaġġ 36-33 b’aktar punti minn Breusewitz u Robert Bonnici.

Fit-tielet perjodu Siġġiewi kellhom aktar punti minn Micallef u Rashanti Harris flimkien ma’ Sammut iżda Virtus żammew il-vantaġġ tagħhom b’baskets minn Anton Axiaq, Bugeja u Bonnici. Aktar tard fis-sessjoni Siġġiewi kellhom break ta’ 7-0 run biex marru fuq quddiem 49-48. Sat-tielet minuta tal-aħħar taqsima kien hemm parita bejn iż-żewġ timijiet 57-57. Fl-ewwel ħinijiet il-punti ta’ Virtus ġew kollha minn Breusewitz fil-waqt li Siġġiewi wieġbu permezz ta’ Micallef u Harris. Virtus serqu diversi blalen bill-full court press tagħhom u trippla ta’ Bonnici rathom jiftħu run ta’ 11-2 run u minkejja l-isforzi mill Micallef u Billy Zammit għall Siġġiewi, Virtus kellhom three pointer ieħor minn Pace u aktar punti ta’ Breusewitz biex rebħu l-logħba 77-65.

Remax Citadel Siġġiewi: B. Zammit 14, B. Bartolo,S. Sammut 10, R. Carabott, A. Micallef 27, M. Casar, R. Harris 12, M. Mallia 2, L. Grima.

Cynergi Virtus: S. Pace 12, D. Bugeja 8, R. Bonnici 11, T. Grech, M. Falzon, M. Bruesewitz 31, A. Felice Pace, A. Axiaq 15, I. Buldakov, F. Bartolo.

Referees: Bernard Vassallo, Zvezdan Dobrosaviljevic, Luis Abuin.

Floriana Cafè Del Mar 91

 

Pavi Depiro 78

(15-15)(26-12)(16-27)(34-24)

Floriana Café Del Mar kisbu r-raba’ rebħa tagħhom

https://www.facebook.com/pages/MPC-Photography/1514051275539716

f’ħames partita meta għelbu l-isfida qawwija ta’ Pavi Depiro 91-78. Depiro komplew juru progress fil-logħob tagħhom minkejja t-telfa. L-Amerikan ta’ Floriana Mark Henniger u s-Serb ta’ Depiro Marco Todorovic kellhom sfida tajba bejniethom u kisbu total ta’ 74 punt. L-ewwel sessjoni kienet bilanċjata u wara li Floriana ħadu l-ewwel vantaġġ ta’ 6-2, Depiro wieġbu bi trippla ta’ Sassoun Saakian li wkoll kellhu partita posittiva. Floriana kellhom aktar punti minn Lee Ross u Henniger flimkien ma’ Nikola Vasovic. Depiro wieġbu bil-baskets ta’ Todorovic u Samuel Zammit u ż-żewġ timijiet temmew is-sessjoni f’parita ta’ 15-15. Fit-tieni sessjoni Floriana bdew bi break ta’ 7-2 bi trippla ta’ Vasovic. Todorovic wieġeb għal Depiro qabel run qawwija ta’ 14-2 minn Floriana b’punti minn Sean Borg, Henniger u Ross. Todorovic kellu żewġ baskets oħra għal Depiro qabel trippla ta’ Ross għal Floriana li daħlu jistrieħu 41-27 minn fuq.

Wara l-intervall, Depiro ħarġu ferm iktar b’saħħithom. Floriana kellhom trippla minn David Camilleri fir-raba’ minuta però Depiro wieġbu b’run ta’ 14-2 inkluż three pointer ieħor minn Saakian flimkien ma’ aktar punti minn Todorovic u Kurt Xuereb. Basket minn Timothy Zammit ra lil Depiro jnaqqsu d-distakk għal 3 punti biss fi tmiem is-sessjoni 57-54. Fl-aħħar taqsima Todorovic żamm lil Depiro viċin iżda Floriana kellhom trippla minn Clayton Calleja biex żiedu l-vantaġġ tagħhom għal 7 punti 70-63. Depiro kellhom żewġ baskets oħra minn Zammit qabel ma Floriana għamlu run ta’ 8-3  fejn Vasovic kellhu trippla oħta qabel ma tkeċċa għat-tieni foul tekniku tiegħu madankollu f’dan l-istadju Floriana kienu ċerti mir-riżultat u rebħu l-partita 91-78 biex żammew it-tieni post tal-klassifika.

Floriana Cafe Del Mar: M. Henniger 33, D. Camilleri 3, N. Sultana 7, S. Borg 8, L. Ross 14, N. Vasovic 16, C. Calleja 5, D. Schembri 5, O. Shamala, D. Agius.

Pavi Depiro: J. Attard, D. Schembri, T. Zammit 3, N. Grech, M. Todorovic 41, R. Zammit, S. Zammit 10, K. Xuereb 8, M. Borg, S. Saakian 16.

Referees: Gordon Barbara, Emanuel Mangani, Zvezdan Dobrosaviljevic.

 

Klassifika Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
AtoZ Electronics Athleta

8

6

2

14

683

560

Virtus Basket

8

5

3

13

594

543

Floriana Cafe Del Mar

8

5

3

13

663

617

Remax Siġġiewi Citadel

8

4

4

12

534

567

Bupa Luxol

8

3

5

11

574

627

Pavi Depiro

8

1

7

9

565

699

 

Ritratti: Andrew Large: MCP Photography: https://www.facebook.com/pages/MPC-Photography/1514051275539716





Leave a comment