- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

L-ebda problema għal Hibernians u Gżira Athleta

Posted By sportinmalta1 On November 30, 2015 @ 7:34 pm In Basketball,Featured | No Comments

ST. JAMES HOSPITAL KNOCK-OUT NISA

minn Colin Schembri

Floriana 21

Hibs 89

(6-25)(2-19)(5-26)(6-17)

Hibs kienu l-ewwel team li wasal fl- istadju tas-semifinali tas-St. James Hospital Knock-out wara rebħa kontra Floriana 89-21. Hibs, li kellhom nieqsa lil Elena Cassar, fetħu malajr bi tmien punti mingħajr risposta fosthom trippla minn Christina Grima. Floriana kellhom l-ewwel basket tagħhom minn Abigail Sciberras segwiti minn 2 baskets oħra minn Grima u Nadia Mifsud għal Hibs. Floriana kellhom żewġ baskets oħra minn Lisa Pace u Martha Gatt madankollu kien hemm break ieħor ta’ 14-0 minn Hibs għal punteġġ ta’ 26-6. Fit-tieni perjodu, Floriana sabu l-basket darba biss hekk kif wettqu sensiela ta’ turnovers konsekuttivi. Hibs kellhom 19-il punt minn diversi players bank ta’ fuq il-bank hekk kif il-coach Alex Farrugia wettaq numru ta’ sostituzzjonijiet. Fl-intervall Hibs kienu fuq quddiem 44-8.

Fit-tielet perjodu, kien hemm ieħor break ieħor qawwi ta’ 19-0 run minn Hibs fosthom trippla ta’ C. Grima flimkien ma’ punti minn Josephine Grima, Nicole Vella u Hannah Al Tumi. Hibs żiedu l-vantaġġ tagħhom fl-aħħar taqsima b’punti minn Iona Agius, Julia Scerri u Maria Said. Għal Floriana kien hemm il-punti ta’ Francesca Camilleri, Pace u Sciberras hekk kif huma kisbu l-rebħa 89-21.

Floriana: Y.Agius, L. Pace 4, N. Arena, M. Gatt 4, A. Camilleri, V. Mifsud Tommasi 2, G. Torpiano, L. Haber, A. Sciberras 7, F. Camilleri 2, N. Hili 2, A. Busuttil.

Hibs: J. Scerri 6, N. Vella 5, I. Agius 14, J. Grima 15, M. Said 6, C. Grima 21, K. P. Mifsud 1, N. Mifsud 4, H. Al Tumi 8, N. Farrugia 7, K. Caruana 2.

Referees: Gordon Barbara, Stephen Micallef.

Gżira Athleta 74

Starlites Naxxar 35

(21-6)(14-10)(25-10)(14-9)

Gzira Athleta  wkoll kisbu post fis-semi finali wara li għelbu lil Starlites Naxxar 74-35 biex ingħaqdu ma’ Caffè Moak Luxol, Pavi Depiro u Hibs. Athleta rkupraw lil Kelly Busuttil u Starlites kellhom lil Kim Pirotta u Katya Vassallo nieqsa. Athleta bdew tajjeb u huma kellhom  break ta’ 11-0 bi trippli minn Antoinette Borg u Leanne Sciberras. Starlites kellhom baskets minn Kristy Galea u Danielle Agius qabel aktar punti minn Athleta inkluża t-tieni trippla ta’ Borg u baskets ta’ Sharon Vella għal skor ta’ 21-6. Fit-tieni sessjoni, Borg kompliet bit-three pointers tagħha flimkien mal-punti minn Busuttil u Chantelle Mifsud u Athleta kabbru l-vantaġġ tagħhom għal 19-il punt 30-11 fis-seba’ minuta. Starlites kellhom iktar punti minn Galea u trippla ta’ Jean Doughy però baskets ta’ Borg raw lill-Athleta jidħlu għal half time 35-16 minn fuq.

Wara l-intervall, Athleta komplew iżidu l-vantaġġ tagħhom bi trippla oħra minn Raissa Sciberras flimkien ma’ Mifsud u Vella. Wara punti minn Lindsey Pirotta u Stephanie Davies għal Starlites, Athleta għalqu s-sessjoni b’run ta’ 8-2 għal skor ta’ 60-26. Fl-aħħar taqsima kien hemm inqas punti kwart speċjalment fl-ewwel minuti. Athleta temmew il-partita bi break ta’ 9-0 inkluż trippla ta’ Busuttil u fuq in-naħa l-oħra, Galea wkoll kellha trippla għal Starlites biex Athleta ħarġu rebbieħa 74-35.

Gżira Athleta: M. Debono, K. Busuttil 9, S. Pisani, L. Sciberras 3, D. Said Hollier 2, A. Borg 23, R. Sciberras 9, S. Vella 13, E. Pace 2, C. Mifsud 13.

Starlites Naxxar: D. Agius 7, K. Galea 8, J. Doughty 6, S. Tabone 5, A. Demanuele 3, L. Pirotta 2, E. Magrin, S. Davies 4, K. Borg.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Christine Farrugia.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/l-ebda-problema-ghal-hibernians-u-gzira-athleta/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.