L-ebda problema għal Depiro u Luxol

Saturday, January 26, 2013, 18:36

minn Colin Schembri

Depiro 70

Honey Athleta 44

(14-12)(23-12)(20-11)(13-9)

 

Fl-ewwel semifinal mis-Saint James Hospital Knock-out tan-nisa, Depiro għelbu lil Honey Athleta 70-44 biex saru l-ewwel finalisti. Iż-żewġ timijiet kellhom il-formazzjoni tipika tagħhom bl-eċċezzjoni ta’ Beverlee Zammit li għalkemm kienet fuq il-bank ma ħaditx sehem fil-partita. Athleta ħasdu lil Depiro fl-ewwel ħames minuti tal-partita b’run ta’ 10-0 li bdewha bi trippla minn Lonnecke Calleja flimien ma’ punti minn Edwina Vella u Aleksandra Ratomska. Ir-risposta ta’ Depiro bdiet ġejja wara dawn l-għaxar punti u bdew b’basket minn Latisha Belcher. Huma komplew bil-punti ta’ Samantha Brincat fosthom trippla u marru minn fuq fid-disa’ minuta u żammew il-vantaġġ sa’ tmiem il-perjodu 14-12 wara trippla minn Steffi De Martino. Fit-tieni sessjoni komplew ġejjin il-punti minn Depiro b’aktar punti minn De Martino u Belcher biex sa’ nofs is-sessjoni kienu 11 minn fuq 25-14. Wara żewġ baskets minn Ratomska, Brincat kellha trippla oħra għal Depiro għalkemm fuq in-naħa l-oħra kienet Leanne Sciberras li kellha trippla għall- Athleta. Pero’ Depiro għalqu t-taqsima bi break ieħor ta’ 7-2 biex daħlu jistrieħu 13 –il punt minn fuq 37-24.

Wara l-intervall, Depiro ddominaw speċjalment fl-ewwel ħames minuti meta għamlu run ta’ 11 –il punt mingħajr risposta bi three pointer ieħor minn De Martino. Athleta wieġbu b’żewġ baskets minn Chantelle Mifsud pero’ Depiro kellhom tlett three pointers wara xulxin minn Brincat u De Martino. Dan wassal biex fi tmiem is-sessjoni, huma kellhom vantaġġ ta’ 22 punt wara li Athleta għamlu break ta’ 7-0. Fl-aħħar perjodu l-partita kienet deċiża u kien hemm spazju għaż-żgħażagħ ta’ Depiro għalkemm komplew ġejjin it-trippli fuq iż-żewġ naħat. Depiro għalqu l-partita bi freethtrows minn De Martino u Brincat biex rebħu l-partita 70-44.

           

Depiro: A. Mifsud 4, G. Mifsud 2, F. Biancho, S. Brincat 21, M. Bonnett 1, S. De Martino 29, M. Mifsud, M. Scicluna, L. Belcher 11, C. Camilleri, S. Micallef 2, B. Zammit.

Honey Athleta:, M. De Martino 2, A. Ratomska 6, J. Xuereb 2, L. Calleja 17, L. Sciberras 3, M. Azzopardi Duca, E. Vella 2, R. Sciberras, M.C. Cilia 2, C. Ciantar, C. Mifsud 10.

Referees: Emanuel Magani, Jacques Abeng.

 

Luxol 71

Hibs 40

(15-12)(19-12)(12-8)(25-8)

 

Luxol wara t-telfa kontra Loyola fil-kampjonat irritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Hibs 71-40. Ħafna iktar kien mistenni minn Hibs f’din il-partita pero’ l-full court press utiliżżata minn Luxol rathom jitilfu għal ħafna drabi l-pussess tal-ballun. Luxol bdew il-partita b’żewġ trippli minn Greta Zarb u f’nofs it-taqsima kienu 10-4 minn fuq. Hibs wieġbu permezz ta’ Joselle Cardona pero’ l-punti tac-champions komplew ġejjin bi trippla ta’ Becky Naudi u basket minn Mandi Sciortino. L-aħħar ħames punti ġew minn Hibs imma kienu Luxol li temmew il-perjodu minn fuq 15-12. Fil-ftuħ tat-tieni sessjoni kien hemm basket minn Lucienne Bezzina għal Hibs bil-Luxol jirrispondu b’seba’ punti mingħajr risposta fosthom trippla oħra ta’ Zarb. Hawn Hibs kellhom mument tajjeb bi break ta’ 8-0 biex ġabu l-iskor indaqs 22-22. Wara time-out, Luxol reġgħu bdew jiddefendu aħjar u komplew jisirqu l-blalen biex għamlu run ta’ 10-0 biex temmew is-sessjoni 10 minn fuq 34-24.

Wara l-intervall, Hibs reġgħu bdew bi break qasir ta’ 6-2 biex naqqsu d-distakk ta’ 6 punti. Punti minn Mollie Williams, Sciortino u Zarb raw lil Luxol jagħmlu break ta’ 10-2 għal skor ta’ 46-32. Fl-aħħar sessjoni Hibs ikkrollaw għal kollox u Luxol bdew bi break ta’ 13-2 b’punti ta’ Sciortino u Zarb. Hibs waqqfulhom ir-run b’basket ta’ Antoinette Borg imma Luxol għamlu run ta’ 10-0 b’Williams tagħmel sitt punti konsekuttivi. Kien għad fadal ħin għal 4 punti oħra għal Hibs b’Luxol jagħlqu l-partita b’basket ta’ Ina Medina biex rebħu l-partita 71-40 u fil-finali jiltaqgħu kontra Depiro.

 

Luxol: S. Pace 9, M. Sciortino 12, C. Medina 2, B. Naudi 7, J. B. Gaerty, G. Zarb 18, P. Ellul, M. Williams 21, D. Muscat 2, M. Darmanin, K. Portelli.

Hibs: J. Scerri 4, L. Bezzina 7, M. Desira 6, A. Borg 4, N. Mifsud 2, E. Micallef 11, J. Cardona 11, K. Soune Sagna 6.

Referees: Steve Gouder, Clive Terribile

 

Alyssa Ashley Loyola 53

Depiro 72

(7-17)(14-22)(18-11)(14-22)

 

L-aħħar team li għadda għas-semifinali kienu Depiro li fl-aktar partita missielta għelbu lil Depiro 72-53. Loyola kellhom nieqsa lil Justine Mangion pero’ rritornat Beverie Sultana fil-waqt li Emma Moore għadha nieqsa għal Depiro. Depiro kellhom l-aħjar bidu tal-partita meta wara li Brietta Thomas għamlet l-ewwel basket tal-partita għal Loyola, huma wieġbu bi break ta’ 9-2. Wara li Thomas għamlet 3 punti oħra, Depiro komplew b’run oħra ta’ 8-0 b’piunti minn Francesca Biancho u Steffi De Martino għal skor ta’ 17-7. Depiro komplew iżidu l-vantaġġ wara baskets ta’ Latisha Belcher flimkien ma’ Steffi De Martino bi trippla. Loyola baqgħu iwieġbu biss permezz ta’ Thomas sa’ nofs is-sessjoni pero’ Samantha Brincat għamlet trippla għal Depiro. Wara punti ta’ Jean Doughty, kien hemm iktar baskets ta’ De Martino u Beverlee Zammit biex Depiro daħlu jistrieħu 39-21 minn fuq.

Wara l-intervall, Loyola ħarġu ferm aħjar u wara li sofrew żewġ baskets, kellhom break sabiħ ta’ 12-2 b’punti minn Thomas u Adalia Bonanno u naqqsu d-distakk għal 12 –il punt 34-45. Louola komplew jaqsmu l-logħob mal-avversarji u t-tielet sessjoni ntemmet bid-Depiro 11 minn fuq 50-39. Fil-bidu tal-aħħar sessjoni, reġa kien hemm il-punti kontinwi minn Depiro permezz ta’ Belcher flimkien ma’ trippla ta’  Francesca Biancho biex marru 20 minn fuq 59-39. Loyola rrispondew bil-punti minn Thomas fosthom trippla pero’ żewġ minuti mit-tmiem kienu għadhom 16 minn taħt 49-65. Fl-aħħar ħinijiet kien hemm fost l-oħrajn trippla ta’ De Martino biex Depiro rebħu l-partita 72-53.

Alyssa Ashley Loyola: P. Montanaro, L. Pace, J. Doughty 2, M. Gatt 4, D.Said Hollier, K. Tonna 5, A. Bonanno 5, B. Sultana,  B. Thomas 34, SJ Barbara 3, F. Camilleri

Depiro: C. Camilleri, G. Mifsud, F. Biancho 12, S. Brincat 4, M. Bonnett, S. De Martino 23, M. Mifsud, M. Scicluna, L. Belcher 19, A. Mifsud 2, S. Micallef 8, B. Zammit 94.

Referees: Clive Terribile, Emanuel Mangani.

 





Leave a comment