L-Easter Sunday Fun Race

Tuesday, April 3, 2018, 12:26

Il-Gozo Motocross Association (GMA) kompliet il programm tagħha nhar il-Ħadd li għadda fit-trekka ta’ Xħajma. Il-programm beda għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar.

L-Easter Sunday Fun Race bdiet bil-muturi b’cilindrata 125cc, fejn sewwieqa ta’ kalibru ippartecipaw flimkien. David Dimech fuq Yamaha YZ 125 rebaħ din il-kategorija, segwit minn Steve Xuereb u Nataniel Camilleri li bħal Dimech saq Yamaha YZ 125. Il-pubbliku ħa gost isegwi din it-taqtiegħa ferm interessanti b’dawn il-muturi li ma tantx wieħed ghadu jara minnhom fil-motocross.

Fi klassi A, Glenn Vella daħal fl-ewwel post, segwit minn Robert Spiteri u Matthew Zammit. Fi klassi B Mark Zammit iddomina f’din it-tieni kompetizzjoni segwit miż-żagħżugħ Kurt Fenech. Marvin Sultana li għamel xi żmien wieqaf minħabba ħsarat fil-mutur tiegħu, irritorna u daħal fit-tielet post.

Mument tassew interessanti kien meta grupp ta adoloxxenti bir-roti motorizzati ġew biex isegwu l-kompetizzjonijiet. Permezz ta’ l-ilbies protettiv, huma kellhom l-opportunita’ li jesperjenzaw it-trekk bir-roti tagħhom. Fl-aħħar tal-kompetizzjoni, huma irċevew tifkira ċkejkna.

Il-president tal-Gozo Motocross Association, irringrazzja lill-isponsors Ravenol Motoroil Malta u Sports Experience Trophies & Awards. Ringrazzjament speċjali għal Steve Xuereb li offra MX tires u xi aċċessorji oħra għar-rebbieħa tal-klassi 125cc. Xi sewwieqa rebħu wkoll trofej oriġinali maħduma mill-istess Steve Xuereb.

Il-Gozo Motocross Association  tavża li s-semi finali tal-Yamaha Championship 2018 ser tkun nhar il Ħadd li ġej fit-trekka Ta’ Xhajma, mis-siegħa ta waranofsinhar.

L-assoccjazzjoni tħeġġeġ biex aktar sewwieqa jingħaqdu fl-għaqda.





Leave a comment