Debono jaħdem għar-relazzjonijiet bejn Malta u l-Ġordan

Thursday, August 4, 2011, 15:55

Ritratt - www.timesofmalta.com

minn Cristian Muscat

F’ tournamnet tal-ġinnastika li ġie organizzat ftit tal-jiem ilu ġewwa pajjiżna, tkomplew jissaħħew ir-relazzjonijiet speċjalment f’dak li għandu x’jaqsam sports bejn Malta u l-Ġordan. U dan kollu specjalment bl-għajnuna u l-ħidma sfieqa tal-Ambaxxatur Malti għall-Gordan l-E.T. Anthony Debono li ftit tal-jiem ilu ġie appuntat ukoll id-Direttur il-ġdid tal-Kumitat Olimpiku Malti (KOM).

Tajjeb ngħidu li f’ dan it-turnament tal-ġinnanstika l-E.T. Debono kien il-mistieden speċjali bħala l-Ambaxxaur ta’ Malta għall-Ġordan, fejn b’dan mistenni jkun mgħarraf ukoll il-Prinċep Ali Bin Hussein li jiġi l-viċi-president tal-FIFA.

Sforzi neċessarji qegħdin isiru biex fl-ewwel żjara tiegħu fil-Ġordan l-E.T. Anthony Debobo jiltaqa’ mal-Princep Ali Bin Hussein, f’tentattiv ukoll biex it-tim nazzjonali tal-Ġordan iżur pajjiżna biex jilgħab logħba ta’ ħbiberija kontra t-tim nazzjonali Malti.





1 Comment

  1. victor attard says:

    well done and wish u all d best tony.

    [Reply]

Leave a comment