L-attakkant ta’ Juventus Simone Zaza f’Malta fis-sajf

Thursday, May 12, 2016, 20:55

Gavin Muscat

Wara s-suċċess kbir tal-attività ta’ Fabrizio Ravanelli f’Malta, il-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero tal-Imrieħel iħabbar opportunità oħra għall-membri tiegħu biex jiltaqgħu ma’ wieħed mill-plejers li jifformaw parti mit-tim preżenti.

Dan hekk kif l-attakkant SIMONE ZAZA se jkun qed iżur Malta fis-sajf li ġej fuq stedina ta’ kumpanija li torganizza events privati, u waqt din iż-żjara saru arranġamenti sabiex Zaza jkollu ħin allokat biex jiltaqa’ mal-membri tal-klabb b’mod esklussiv.

Din l-attività se tkun miftuħa għall-membri DOC għall-istaġun 2016/17 biss. It-tesserament ser jiftaħ minn għada, il-Ħadd 24 ta’ April qabel il-logħba kontra Fiorentina.

Il-programm u d-dati taż-żjara ta’ Simone Zaza jitħabbru aktar ‘il quddiem hekk kif dawn jiddependu minn avvenimenti sportivi oħra peress li għandu ċans tajjeb li jkun wieħed mill-plejers magħżula għall-Italja matul il-Euro 2016.

Din l-attività ser tkun l-ewwel waħda ta’ dan il-ġeneru minn sensiela għall-istaġun 2016/17.

Simone Zaza





Leave a comment