L-Atletika tibka t-telfa ta’ John Walsh

Monday, September 19, 2011, 22:20

Walsh li miet fl-eta` ta’ 56 sena jibqa’ mfakkar għall-ħidma li kien iwettaq fil-qasam tal-Isport li tant kien iħobb speċjalment il-Maratona tal-ġiri.

Hu dan l-aħħar kien jikkowċja diversi atleti fosthom lil-martu Carol nee Galea, lil Celine Borg u anke lil Lisa Bezzina b’dawn l-aħħar żewġ atleti jipparteċipaw anke riċentament fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa. Hu kien kontributur regolari fil-ġurnali lokali b’artikli li jippromwovu l-Atletika.





Leave a comment